Il-Papa jżur il-foqra huma hu jirċievu l-vaċċin tal-Covid-19

Print Friendly, PDF & Email

Fl-okkażjoni tal-festa ta’ San Ġorġ – li hu l-qaddis tal-isem proprju tal-Papa Franġisku – Jorge Mario Bergoglio – l-Papa żar lil madwar 600 persuna li rritornaw fis-Sala Pawlu VI, tal-Vatikan għat-tieni doża tagħhom tal-vaċċin Pfiżer BioNTech.  

Skont l-Uffiċċju Stampa tas-Santa Sede, l-Papa qatta’ madwar nofs siegħa ma’ dawk preżenti. Qabel telaq, il-Papa Franġisku waqaf biex joffri bajda kbira tal-Għid taċ-ċikkulata li tqassmet lil voluntiera, “filwaqt li rispetta n-normi kollha tas-saħħa.” Dawk preżenti mbagħad kantaw innu ta’ xewqat tajba għal jum il-festa li l-Papa jġib l-isem tiegħu.

“Hekk kif waqaf biex ikellem lil diversi voluntiera f’ambjent ferrieħi u kordjali, l-Qdusija Tiegħu irringrazzjhom u ħeġġiġhom biex ikomplu bix-xogħol tajjeb li huma qed jagħmlu!”, taqra l-istqarrija.

Il-Kardinal Konrad Krajewski, l-inkarigat mill-Papa biex f’ismu jqassam il-karità, rringrazzja lill-vonuntiera u l-ħaddiema tas-saħħa kollha għas-sehem tagħhom fl-organizzazzjoni tal-kampanja tat-tilqim.

Dawk li qed jirċievu l-injezzjoni, huma fost 1,400 “benefiċjarji għall-vaċċin li nbeda matul il-Ġimgħa Mqaddsa”. Il-Kardinal Konrad Krajewski qal li l-Papa ddeċieda li “aktar milli jirċievi, joffri xi ħaġa, fi stil evanġeliku”. Fl-2020, il-Papa bagħat makinarju respiratorju lejn ir-Rumanija, li kienet milquta mill-pandemija.

Il-kampanja tal-Vatikan biex toffri tilqim lill-foqra u dawk bla dar ta’ Ruma bdiet f’Jannar. L-ewwel li rċivew l-injezzjoni kienu nisa u rġiel ta’ aktar minn 60 sena bi problemi ta’ saħħa serji, u li kellhom diffikulta biex jaċċessaw is-sistema tal-kura tas-saħħa tal-Italja.

Il-grupp li bħalissa qed jirċievu t-tieni doża, jinkludu madwar 1,400 persuna, li huma fost l-aktar vulnerabbli, foqra u bla dar, inklużi bosta mistednin ta’ dar immexxija mill-Missjunarji tal-Karità, persuni li jirċievu l-għajnuna mill-Komunità ta’ San Eġidju, u oħrajn mgħejjuna minn grupp imsejjaħ “Medicina Solidale”.

Għal aktar tagħrif idħol fuq s-sit: https://www.vaticannews.va/en/pope/news/2021-04/pope-francis-vatican-covid-vaccines-visit-saint-george.html

Kif ukoll fuq is-sit: https://www.vaticannews.va/en/pope/news/2021-04/pope-francis-name-day-coronavirus-vaccines-homeless.html

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading