Oratorju mibni fuq il-Laudato Si’

Print Friendly, PDF & Email

Meta Linda Chase qrat għall-ewwel darba l-enċiklika tal-Papa Franġisku Laudato Si’, laqtitha l-frażi: “Ejjew inkantaw filwaqt li nimxu. Ma nħallux it-taqbid u t-tħassib tagħna għal din il-pjaneta jisirqulna l-ferħ tat-tama”.

Linda Chase, li ddoqq il-flawt u tikteb il-mużika, bidlet din il-frażi f’għanja li tesprimi l-ferħ u t-tama, f’oratorju mibni fuq il-kliem tal-Papa Franġisku. Hi qrat l-enċiklika għal ħafna drabi biex tasal għal dan. Chase riedet li permezz tal-mużika tinterpreta l-Laudato Si’ bħala sejħa għall-azzjoni.

L-oratorju hu maħsub biex jitkanta minn 16-il kantanti akkumpanjati minn orkestra di camera. Jinkkludi 10 songs li jistgħu jkunu wkoll kantati minn gruppi żgħar. Tittama li l-oratorju jiġi muri f’Boston, għalkemm kollox jiddependi mill-epidemija. Kull performance hi ta’ madwar 75 minuta u wrajha ssir diskussjoni mal-udjenza dwar it-tħassib dwar l-ambjent fil-komunità. B’hekk l-oratorju ta’ Chase dwar il-Laudato Si’ jista’ jkun stedina għal djalogu dwar l-ambjent

Chase qalet: “Xi drabi n-nies ikunu jridu jagħmlu xi ħaġa imma ma jafxu ki se jaqbdu jagħmluha. Jiena nemmen li l-mużika tista’ tiftaħ il-moħħ u l-qalb għall-konverżjoni.”

https://www.ncronline.org/news/earthbeat/now-playing-pope-francis-ecological-encyclical-set-music