Wasal iż-żmien li naġixxu!

Print Friendly, PDF & Email

Il-Papa ‘f’Jum id-Dinja’: “Wasal iż-żmien li naġixxu!”  

Fil-kommemorazzjoni tal-51 ‘Jum tad-Dinja’, l-Papa Franġisku bagħat żewġ messaġġi awdjo-viżivi, li jfakkru lil kulħadd, fl-importanza li naħdmu flimkien biex nipproteġu l-pjaneta tagħna.

F’messaġġ għas-Summit tal-Mexxejja dwar il-Klima, l-Papa qal li l-inizjattiva tistabbilixxi lill-mexxejja dinjija fi triq lejn il-laqgħa tal-COP26 li għandha ssir fi Glasgow, l-Iskozja, f’Novembru li ġej. Huwa qal lis-Summit tal-Mexxejja jinkoraġġixxi lin-nazzjonijiet biex “jieħdu ħsieb in-natura, ta’ dan ir-rigal li rċivejna u li rridu nfejqu, nħarsu, u li mexxu ‘l quddiem. It-tħassib tagħna huwa li naraw l-ambjent aktar nadif, aktar pur u ppreservat,” qal il-Papa, “u li nieħdu ħsieb in-natura sabiex hi tieħu ħsiebna.”

F’messaġġ separat, biex jimmarka Jum id-Dinja 2021, il-Papa Franġisku kompla bl-istess ton. “Huwa dejjem tajjeb li niftakru fl-affarijiet li għidna lil xulxin sabiex qatt ma jintesew,” qal il-Papa. “għal xi żmien, sirna aktar konxji li n-natura jistħoqqilha tiġi protetta, anke minħabba l-fatt li l-interazzjoni tal-bniedem mal-bijodiversità t’Alla għandha tiġi mħarsa bl-akbar attenzjoni u rispett.”

Il-tema ta’ din is-sena hija: “Nirrestawraw id-Dinja tagħna”. Hekk kif id-dinja qed tkompli tieħu l-miżuri kollha biex trażżan l-imxija tal-Covid-19, l-Papa Franġisku rrimarka li  l-kriżi turi “dak li jiġri meta d-dinja tieqaf, anke għal ftit xhur.” Huwa nnota li l-impatt tal-pandemija fuq in-natura u fuq it-tibdil fil-klima, jurina dak kollu lin-natura globali teħtieġ ħajjitna fuq din il-pjaneta.

Barra minn hekk, “il-pandemija tal-Covid għallmitna din l-interdipendenza, s-sehem tagħna fuq il-pjaneta”, qal il-Qdusija Tiegħu, u żied li ż-żewġ katastrofi globali – Covid-19 u l-emerġenza tal-klima – juruna li qed jiskadi l-ħin. “Aħna għandna l-mezzi, u wasal iż-żmien li naġixxu, wasalna fil-limitu,” huwa ħeġġeġ.

Il-Papa Franġisku komplu juri l-importanza li nieħdu azzjoni biex nipproteġu l-pjaneta billi fakkar f’proverbju Spanjol: “Alla dejjem jaħfer, l-bniedem jaħfer minn żmien għal żmien, in-natura ma taħfirx aktar.” Huwa żied jgħid li l-isfidi li qed nesperjenzaw bil-pandemija, qed juru wkoll bidla fil-klima, u li dawn għandhom imexxuna lejn l-innovazzjoni u l-invenzjoni, biex infittxu toroq ġodda. “Aħna ma noħorġux minn kriżi bl-istess mod, noħorġu aħjar jew agħar,” huwa qal. “Din hija l-isfida, u jekk ma noħorġux aħjar, ninsabu fi triq ta’ awtodistruzzjoni.”

Fl-għeluq tal-messaġġ tiegħu, l-Papa Franġisku appaella lill-mexxejja tad-dinja biex jaġixxu b’kuraġġ u ġustizzja u biex dejjem jgħidu l-verità lin-nies, sabiex ikunu jafu kif jipproteġu lilhom infushom u lill-pjaneta mill-qerda li qed nikkawżaw.

Għal aktar tagħrif idħol fuq s-sit: https://www.vaticannews.va/en/pope/news/2021-04/pope-francis-earth-day-video-message.html