Il-Qalb bla Tebgħa ta’ Marija

Print Friendly, PDF & Email

Illum, l-għada tal-festa tal-Qalb Imqaddsa ta’ Ġesù, hi l-festa tal-Qalb bla Tebgħa ta’ Marija. Marija għexet il-Passjoni fil-qalb tagħha, minfuda b’mod mistiku. Dan li ġej hu kitba ta’ San Amédée ta’ Lausanne (1109-1159), monaku Ċisterċens, li mbagħad sar Isqof.

“Imbierka Marija li ngħata lilha li tħaddan lil dak li jħaddan u jgħajjex kollox! Imbierka dik li ġarret lil dak li jġorr l-univers (Lhud 1, 3), dik li reddghet l-Iben li ħalaqha, l-Iben li għajjixha, lilha u lill-bnedmin kollha fuq l-art (Salm 144, 15). Żammet fuqha lil dak li hu l-Għerf tal-Missier, f’ħoġorha hemm bilqiegħda dak li hu l-Qawwa li ċċaqlaq kull moviment. Qiegħed mistrieħ fuq sidhirha ta’ omm, li hu l-mistrieħ tal-erwieħ (Mattew 11, 29).

B’liema ħlewwa żammitu f’idejha, ħarset lejh bil-kalma, hu li l-anġli jixtiequ jikkontemplaw! (1 Pietru 1, 12), u sejħitlu bil-ħlewwa, hu li kull maħluq jinvoka fil-bżonn tiegħu. Mimlija bl-Ispirtu s-Santu, rassitu ma qalbha; ma kienx għaliha biżżejjed li tarah u tisimgħu. “Hu li tant rejjiet u profeti xtaqu jaraw imma ma rawhx” (Luqa 10, 14). Marija kibret fl-imħabba, u l-Ispirtu tagħha kien mehdi dejjem fil-kontemplazzjoni divina.”

QALB BLA TEBGĦA TA’ MARIJA, DAĦĦALNI FIL-QALB TA’ IBNEK.

Minn Joe Galea

Author: Joe Farrugia

Segretarjat għal-Lajċi.