Il-Velja Solenni ta’ Għid il-Ħamsin kienet mument speċjali għall-Knisja f’Għawdex hekk kif waqt din iċ-ċelebrazzjoni l-Isqof Anton Teuma ħabbar il-pjan pastorali l-ġdid għad-Djoċesi għas-sentejn li ġejjin.
Dan se jkun qed jitnieda fil-Festa tal-Madonna tar-Rużarju f’Ottubru li ġej. L-ewwel parti ta’ dan il-pjan se tkun waħda li fiha l-Knisja kollha f’Għawdex, preżenti fi 15-il parroċċa u diversi komunitajiet oħra, tagħmel eżami tal-kuxjenza fuq fejn tinsab. L-Isqof Teuma qal li “Ilkoll kemm aħna, forsi għax kellna raġun, forsi għax sibna skuża, dħalna f’hibernation”. Huwa qal li lkoll għaddejna bla quddies, bla laqgħat, iżda żgur li ħadd minna ma jista’ jinnega li għandna bżonn ta’ enerġija ġdida.
Rapport għal-Laikos minn Fr Geoffrey G. Attard.