Skola tal-Knisja, skola tal-Istat, għan wieħed

Print Friendly, PDF & Email

L-għan tal-Ispiritual Development in Schools (SDS) huwa li jassisti skejjel tal-Istat u dawk indipendenti fit-tisħiħ spiritwali u kura pastorali. Għalhekk il-kuntatt mal-iskejjel, mar-religious counsellors u ċ-chaplians huwa importanti. Dan il-proġett kollaborattiv issemma Everday Superheroes (Eroj ta’ Kuljum) u ra il-bidu tiegħu waqt telefonata bejn Joseph Degabriele, ħaddiem pastorali fi ħdan l-SDS u Graziella Vassallo Theuma, assistent kap fl-iskola Primarja B taż-Żejtun. Sarah Mallia, assitent kap minn De le Salle Junior School, kienet avviċinata biex tissieħeb mill-bidu.

Wara serje ta’ laqgħat biex jiġu stabbiliti t-tema u l-metodu ta’ kif se jsir il-proġett, Everday Superheroes beda bejn l-istudenti u l-edukaturi tar-raba’ sena fl-iskola Kulleġġ San Tumas More Primarja B Żejtun, u De la Salle Junior School. Il-proġett huwa ispirat mis-sitwazzjoni fejn ħafna frontliners qegħdin jagħtu l-aħjar li jistgħu sabiex id-dinja tibqà għaddejja f’dan iż-żmien diffiċli.

“Esperjenza sabiħa għall-istudenti u edukaturi kollha li kienu involuti. Kienet l-ewwel darba tagħna bi proġett fuq eTwinnings u żgur mhux tal-aħħar. Nixtieq nirringrazzja lis-Sur Joseph minn Spiritual Development in Schools u s-Sa Graziella mill-iskola Primarja B taż-Żejtun, għal din il-kollaborazzjoni.” Sarah Mallia – Asstistent Kap De la Salle Junior School

Ma’ kull ħaddiem ġie mqabbel qaddis patrun li ħajtu lkoll tispirana sabiex insiru aħjar fl-azzjonijiet tagħna, u għalhekk insiru qaddisin. Il-qaddisin involuti kienu Santa Katerina ta’ Lixandra, mhux biss qaddisa patruna taż-Żejtun imma ukoll qaddisa patruna tal-ħajjata, li huma importanti fil-produzzjoni tal-maskri, San Ġwann Battista De la Salle li huwa l-qaddis patrun tal-għalliema u l-fundatur tal-iskola De la Salle. San Ġużeppi Moscati, patrun tat-tobba, San Ġużepp ta’ Cupertino, patrun tal-istudenti, Ven. Carlo Acutis, patrun tat-tekonoloġija, għodda importanti speċjalment f’ daż-żmien, San Albert il-Kbir, patrun tax-xjentisti, Ven. Chiara Badano, qaddisa żgħira u eżempju tal-imħabba lejn is-sagrifiċċju, u Santa Madre Teresa ta’ Kalkutta, patruna tal-karità.

Kull klassi kellha qaddis abbinat biex jippreżentawh b’mod kreattiv u uniku. Uħud użaw attivitajiet bl-idejn jew esperiment xjentifiku, oħrajn permezz ta’ drama jew żifna u oħrajn permezz ta’ mentimeter jew billi ħolqu ktejjeb onlajn, fost ideat oħra. Is-sezzjonijiet kienu jispiċċaw bi kwiżż.

“Nixtieq nirringrazzja lill-edukaturi għall-ħidma tagħhom u lit-tfal għax-xogħol impekkabli li tellgħu, anke meta l-iskejjel kienu magħluqa, bqajna għaddejien. Prosit lil kulħadd. Nixtiequ nkomplu din il-ħidma bejn l-istudenti u l-edukaturi sabiex dawn l-ħiliet tal-21 seklu jkomplu jikbru ħalli nkunu ċittadini aħjar.” – Graziella Vassallo Theuma – Asstistent Kap Żejtun Primary B

Fl-aħħar tal-proġett iż-żewġ skejjel ġabru madwar 25 kaxxa ta’ affarijiet bżonnjużi għar-residenti ta’ Fondazzjoni Nazaret. Fl-aħħar sessjoni ntwera messaġġ irrekordjat mingħand Monsinjur Joseph Galea-Curmi, Isqof Awżiljarju u Vigarju Ġenerali, u messaġġ qasir mill-Eċċellenza Marie- Louise Coleiro Preca, President Emeritu ta’ Malta kif ukoll ċermen tal-bord tad-diretturi tal-Fondazzjoni Nazzaret. Is-Sur George Psaila, Prinċipal tal- Kulleġġ San Tumas More u s-Sur Stephen Cachia, Direttur tal-Edukazzjoni Lasaljana wkoll qasmu xi ħsibijiet.

Dan il-proġett għen sabiex jisfuma l-idea li hemm differenza bejn l-iskejjel tal-Istat u dak tal-Knisja. Għalhekk, din il-kollaborazzjoni hija eżempju li nistgħu ngħinu lil xulxin u nkunu ta’ servizz għall-oħrajn, partikolarment matul l-aħħar xhur tal-pandemija meta l-preżenza fiżika kienet restritta. Il-kollaborazzjoni ħadmet tajjeb u bla problemi grazzi għas-sinerġija ta’ bejn it-tim. Wara s-suċċess ta’ dan il-proġett, iż-żewġ skejjel u l-SDS qed jiddiskutu l-pass li jmiss għal din il-kollaborazjoni.

Artiklu miktub minn Joseph Degabriele, uffiċċjal pastorali fi ħdan l-Ispiritual Development in Schools

Sors: www.knisja.mt

Ritratti: www.knisja.mt/ritratti

Leave a Reply