Papa Franġisku introduċa ċiklu ġdid ta’ katekeżi waqt l-Udjenza Ġenerali ċċentrata fuq l-ittra ta’ San Pawl lill-Galatin.
Hu jgħid li l-ittra tesprimi t-tagħlim tal-appostlu dwar il-messaġġ Kristjan bħal ma huma ‘l-bżonnijiet tal-ħajja l-ġdida fl-Ispirtu’. Il-Papa qal li l-ittra ta’ San Pawl tirrivela ‘l-kura pastorali kuraġġjuża’ li kellu għall-Knisja żagħżugħa. Dan il-messaġġ twassal ilbieraħ l-Erbgħa 23 ta’ Ġunju.
Rapport għal-Laikos minn Fr Geoffrey G. Attard