Il-Vatikan jinsab imħasseb fuq l-abbozz tal-liġi ta’ anti-omofobja li sa tillimita l-liberta’ reliġjuża tal-Knisja.
F’komunikat diplomatiku mibgħut lill-ambaxxatur Taljan għas-Santa Sede, is-Segretarjat tal-Istat tal-Vatikan esprima t-tħassib tiegħu li dan l-abbozz se jagħmel ħsara lill-liberta’ tal-Knisja li kien sa issa garantit mill-Istat Taljan. Il-Vatikan jibża’ li taħt il-liġi potenzjali, ikun diffiċli li wieħed jitkellem u juri l-fehma tiegħu dwar iż-żwieġ tradizzjonali mingħajr ma jkun akkużat b’delitt.
Rapport għal-Laikos minn Fr Geoffrey G. Attard