Missio Malta ta’ Lulju 2021

Print Friendly, PDF & Email

Fl-aħħar ġimgħat il-Knisja Kattolika tilfet tliet Maltin missjunarji kbar: Patri Anthony Micallef SJ li qatta’ ħafna minn ħajtu fl-Indja, Patri Ġwann Xerri Dumnikan li għix il-ħajja missjunarja fil-Brażil, imma sfortunatament tilef ħajtu fil-ġlieda kontra l-COVID-19 u Mons. Walter Michael Ebejer li kien isqof fil-Brażil u l-ixjaħ isqof Malti.

L-Isqof Mons. Walter Michael Ebejer

Matul ix-xahar ta’ Lulju tista’ taqra aktar dwar dan, fl-editorjal tal-magażin Malta Missjunarja, li huwa pubblikazzjoni ta’ Missio Malta. F’dan il-magażin, li joħroġ darba fix-xahar, fost ħafna informazzjoni oħra, issib tagħrif dwar il-proġetti li diġà wettaq Missio Malta, aħbarijiet mill-missjoni, l-intenzjoni missjunarja tax-xahar, riċetta tradizzjonali u paġna tal-logħob. Wieħed isib ukoll tagħrif dwar id-diversi attivitajiet li Missio Malta jkun ser jorganizza matul is-sena għall-benefatturi u l-qarrejja tal-magażin.

F’wieħed mill-artikli, li issa sar regolari, qed nimxu pass pass u naqraw dwar ċerti artikli ta’ interess li kienu dehru fl-ewwel ħarġiet tar-rivista Malta Missjunarja li s-sena d-dieħla tgħalaq 90 sena li bdiet tiġi ppubblikata. Artiklu ieħor ilaqqana ma’ Rebecca, mara mill-Kenja li flimkien ma’ nisa oħra waqfet ir-raħal ta’ Umuja; raħal li fih jgħixu nisa biss!

Għal aktar tagħrif, jew biex tabbona fil-magażin Malta Missjunarja, ċempel l-uffiċċju ta’ Missio Malta fuq 21 236 962, jew ibgħat imejl lil info@missio.org.mt  

Żur ukoll is-sit www.missio.org.mt jew il-paġna ta’ Facebook: Missio Malta.

Author: Joe Farrugia

Segretarjat għal-Lajċi.

%d bloggers like this: