Huma bosta n-nies li jkunu jixtiequ li aħna ngħallmuhom kif jitolbu, għaliex il- Papa Emeritu Benedittu XVI f’messaġġ li bgħat lilna l- Karmelitani f’Awwissu tal-2010 qalilna: “Intom dawk li tgħallmuna nitolbu”. Qablu kien hemm diversi Papiet oħra li qalu kliem simili.
Riċentament, anke l- Papa Franġisku fl- 2013, qalilna: “Il- qaddisin tal- Karmelu kienu predikaturi kbar u għalliema tat-talb. U dan u dak li neħtieġu u nistennew għal darboħra mill-Karmelu fis–seklu 21. Matul il- ġrajja tagħkom il- Karmelitani l-kbar għafsu fuq il- kontemplazzjoni; l-għerq dejjem għammiel tat-talb. F’dan tinsab il-qalba tax-xhieda tagħkhom: id-dimensjoni ‘kontemplattiva’ tal- ordni li qegħda hemm biex tingħix, titħares, titkabbar u tinqasam ma l-oħrajn. Nixtieq li kull wieħed minnkhom jistaqsi lilu nnifsu: kif inhi l- ħajja kontemplattiva tiegħi? Kemm ħin matul il- jum ngħaddih fit-talb u fil- kontemplazzjoni? Karmelitan mingħajr din il- ħajja kontemplattiva hu ġisem mejjet”.
Ħuna fil- Karmelu Patri Charlo Camilleri li huwa lecturer fl- Università ta’ Malta dwar it-Teoloġija Spiritwali, ppublika ktieb jismu: Is-Sengħa Tat-Talb, it-talb tal- ġabra mill- għejjun tal- Karmelu. Dan il-ktieb fih 68 paġna u fih ukoll disinji ħelwin magħmulin minn Warren Borg Ebejer biex ikunu jistgħu jgħinu lin- Nisrani x’pożizjoni għandu jogħqod fit-talb.
L-awtur tal- ktieb jgħidlina li l- kariżma tal- Karmelu hija waħda attwali u meħtieġa fid-dinja tal- llum fejn naraw li l-bniedem ta’ llum hu nieqes mis-skiet, mil-ġabra u jinsab maqsum fih nnifsu u għalhekk jsibha difiċli jgħix f’armonija fir-relazzjonijiet umani u fir-relazzjonijiet mal- ambjent ta’ madwaru u ma’ Alla. Il- Karmelu jrid jgħallimna li l- ħajja kontemplattiva ddaħalna u tiġborna fina nfusna. L-għan ta’ dan il- ktieb huwa propju biex iwassal lill- Insara t-tradizzjoni spiritwali dwar it-talb u l- kontemplazzjoni.
Patri Camilleri isemmi diversi tipi ta’ talb u anke awturi Karmelitani kif kienu jħeġġu lill- oħrajn biex jitolbu. Meta l-awtur ta’ dan il- ktieb jitkellem dwar it-talb tal –ġabra huwa iħeġġiġna dejjem biex inkunu fil- preżenza t’Alla. Dwar dan, il- Karmelitan Ġwanni ta’ San Sansun imur jgħidilna “li l-Imgħoddi u li ġej ma jibqgħux akar f’moħħna, nkunu biss fl-issa”.
Kif għidna qabel P. Camilleri jurina diversi metodi ta’ talb li wrewna l- qaddisin tagħna. Il- metodi magħżula f’dan il- ktieb ġew żvilupati u suġġeriti min awturi spiritwali tal- Karmelu bħalha għajnuna tat-talb tal- ġabra. Wħud huma sempliċi oħrajn iktar komplessi. Lkoll juru ż-żmien li fihom tfasslu. Wħud jibdew bit-tħejjija u jintemmu b’talba tal- għeluq waqt li oħrajn jaqbżu dawn l-elementi għaliex iħossu li huma naturali li wieħed iħejji lilu nnifsu u jagħlaq b’talba. Waqt li oħrajn jiftħulna għajnejna għad-dispożżizjoni meħtieġa għal- dan l-eżerċizju ta’ talb.
Wieħed jista jagħżel struttura jew oħra, dak li jħossu l-aktar komdu biha waqt li jżomm f’moħħu li huma biss mudelli u gwida li jgħinuna nidħlu fit-talb tal- ġabra. Maż-żmien wieħed isib il- metodu tiegħu waqt li jżomm f’moħħu sa’ mil- bidu nett l-iktar parti medittativa biż-żmien. Jissemmew ħafna f’dan il-ktieb diversi qaddissin, Beati u Mistiċi Kartmelitani. Hawnhekk se nsemmu wħud minnhom. Il- ktieb tal- ħajja miktub minn Santa Tereża ta’ Ġesu jgħidlna hekk “Min għadu ma’ bediex jippratika t-talb mentali nitolbu għall- imħabba tal – Mulej biex ma’ jiċċaħadx minn ġid daqshekk kbir. M’hemmx wieħed jibża iżda biss x’jixtieq. Wħud jekk ma’ jkunx hemm progress kbir tal- anqas wieħed jasal li jifhem it-triq għal- ġenna. U jekk wieħed jippersevera, nafda fil- ħniena t’Alla li din qatt ma’ tiġi nieqsa biex tħallas lil min ikun għażlu ħabib. Għax it-talb mentali fil- fehma tiegħi ma huwa xejn ħlief taħdida tal- qalb bejn il- ħbieb, ifisser li tieħu l-ħin tiegħek spiss biex tkun waħdek ma’ dak li nafu li jħobbna”.
F’dan il-ktieb jissemma ukoll San Ġwann tas-salib fil- ktieb tiegħu l-lejl mudlam fejn jgħid “minħabba li l-imġieba ta’ dawk li għadhom jibdew mixjin fit-triq ta’ Alla hija baxxa u mux il- bogħod mill- imħabba għall- pjaċir u l-imħabba tagħhom nfushom. Alla jixtieq jaqlalhom min dan il-mod baxx sa biex imexxihom lejn livell ieħor ogħla ta’ mħabba divina. Alla jagħmel hekk wara li dawk li għadhom fil- bidu jkunu tħarrġu għal xi żmien fil- virtu u mxew il- quddiem fil- meditazzjoni u t-talb”.
J’Alla min jaqra dan il-ktieb ikun għalih mezz biex jitgħallem jitlob aħjar u jkun għalih ta’ għajnuna fil- ħajja spiritwali tiegħu biex jersaq iktar lejn il- Mulej u jagħmel dan li jrid minnu Hu.
Dan il-ktieb qedgħin nagħtuh b’xejn u għalhekk min jixtiequ jista jmur fil- Kunvent tal- Karmnu, Triq Villgaignon, Mdina jew jċempel 21454524 jew jasal wasla sad-Dar tat-Talb Lunzjata fil-limiti tar-Rabat ta’ Malta.
Minn Patri Hermann Duncan O.Carm