Fl-akklamazzjoni ta’ wara l-Konsagrazzjoni mhux suppost isir kant la ta’ adorazzjoni u lanqas kant Marjan.”
F’isem il-Knisja nixtieq inrodd ħajr lil tant animaturi, kantanti u mużiċisti li janimaw il-Quddies fil-knejjes tagħna b’tant ħeġġa u ġenerożita’.
Infakkarhom li ir-rwol tagħhom hu li jgħinu kemm jistgħu biex il-biċċa l-kbira tan-nies ikantaw u b’hekk jieħdu sehem aktar attiv fil-Liturġija, kif suppost jagħmlu. Nixtieq ukoll niġbdilhom l-attenzjoni għall-akklamazzjoni ta’ wara l-Konsagrazzjoni. Biex inkun preċiż u ċar, se nikkwota r-raba’ paġna tal-ktieb tal-innijiet Iktus:
“Wara l-Konsagrazzjoni ma tistax issir adorazzjoni. Il-kant permess mil-Liturġija għal dan il-ħin huwa dak li fih jissemmew dawn it-tlett ħwejjeġ:
“Inħabbru l-mewt tal-Mulej. Inxandru bil-ferħ il-qawmien tiegħu. Nistennewk sa ma jiġi fil-glorja.”
Ma jistax isir kant ieħor – la ta’ adorazzjoni u l-anqas Marjan.”
Mela ċar daqs il-kristall li kant jew tweġibiet bħal, Inti O Alla, Ninxteħtu fl-art bil-qima, O o o lilek nagħtu qima Mulej, eċċ mhux permessi.
Nistgħu nagħżlu minn dawn: Hu l-Mulej, Inħabbru l-mewt tiegħek, Kull darba li nieklu dal ħobż, Salvana Int o Salvatur tad-dinja. Din tal-aħħar tista’ tingħad/titkanta s-sena kollha mhux fir-Randan biss.
Mela, kif nimxu mal-Liturġija u ma nkantawx innu tal-Offertorju fit-Tqarbin, jew innu tar-Randan fil-Milied, hekk għandna nagħmlu waqt l-Akklamazzjoni.
Edward P. Tagliaferro