Malta Missjunarja

Print Friendly, PDF & Email

X’tista’ taqra fil-ħarġa ta’ Awwissu 2021 …

Papa Franġisku għażel din is-sena, mit-8 ta’ Diċembru 2020 sat-8 ta’ Diċembru 2021, bħala s-sena ddedikata lil San Ġużepp, ir-raġel ta’ Marija u l-missier tad-dinja ta’ Ġesù Kristu. Din l-aħbar ħabtet mal-150 anniversarju tal-proklama ta’ San Ġużepp bħala Patrun tal-Knisja Universali minn Papa Piju IX fl-1870. Il-Knisja tfakkarna li fil-Ġenna għandna ħabib b’saħħtu, li għex u ħadem għal żmien twil fid-dell bħal tant u tant eroj li qatt ma jissemmew, li huwa kemm Patrun tal-Ħaddiema kif ukoll Patrun ta’ Mewta Sabiħa.

Is-Sena Ġużeppina mit-8 ta’ Diċembru 2020 sat-8 ta’ Diċembru 2021

Matul ix-xahar ta’ Awwissu tista’ taqra aktar dwar dan, fl-editorjal tal-magażin Malta Missjunarja, li huwa pubblikazzjoni ta’ Missio Malta. F’dan il-magażin, li joħroġ darba fix-xahar, fost ħafna informazzjoni oħra, issib tagħrif dwar il-proġetti li diġà wettaq Missio Malta, aħbarijiet mill-missjoni, l-intenzjoni missjunarja tax-xahar, riċetta tradizzjonali u paġna tal-logħob. Wieħed isib ukoll tagħrif dwar id-diversi attivitajiet li Missio Malta jkun ser jorganizza matul is-sena għall-benefatturi u l-qarrejja tal-magażin. F’wieħed mill-artikli naqraw dwar proġett ta’ skola fuq l-Andes għal tfal li ma jmorrux l-iskola, kemm minħabba d-distanzi kbar u kemm minħabba li ħafna familji jkollhom jinqdew bihom biex jaħdmu l-art. Artiklu ieħor ilaqqana mal-messaġġ ta’ Chiara Lubich dwar li għandna nkunu aħna li nibdew inħobbu l-ewwel lill-proxxmu tagħna.

Għal aktar tagħrif, jew biex tabbona fil-magażin Malta Missjunarja, ċempel l-uffiċċju ta’ Missio Malta fuq 21 236 962, jew ibgħat imejl lil info@missio.org.mt  Żur ukoll is-sit www.missio.org.mt jew il-paġna ta’ Facebook: Missio Malta.

ĦALLI RIGAL B’DIFFERENZA WARA MEWTEK

Missio Malta u Missio Għawdex jistiednuk taħseb f’dawk il-persuni anqas ixxurtjati f’pajjiżi tal-missjoni, anke wara mewtek. Ftakar fihom fit-testment tiegħek u żgur li tferraħ tant u tant nies li jinsabu fil-bżonn.

Dawk li jibbenefikaw mid-donazzzjonijiet li Missio jibgħatilhom, żgur li jitolbu għall-benefatturi tagħhom, sew dawk f’din id-dinja kif ukoll dawk li qed igawdu l-eternità mal-Missier Etern.

Sabiex tagħmel donazzjoni onlajn jew għal aktar tagħrif dwar Missio żur is-sit www.missio.org.mt jew ikkuntatjana fuq info@missio.org.t jew 2123 6962.

Grazzi mill-qalb.

Author: Joe Farrugia

Segretarjat għal-Lajċi.

%d bloggers like this: