Żewġ katekeżijiet tal-Papa Benedittu XVI fl-2010
Fl-okkażjoni tas-Sena Marjana, il-Papa Ġwanni Pawlu II kiteb Ittra Appostolika jisimha Mulieris dignitatem, dwar ir-rwol prezzjuż li kellhom u għandhom in-nisa fil-ħajja tal-Knisja. “Il-Knisja”, naqraw, “għandha għax trodd ħajr għall-wirjiet kollha tal-ġenju femminili li dehru tul l-istorja, fost il-popli kollha u n-nazzjonijiet kollha; trodd ħajr għall-kariżmi kollha li l-Ispirtu s-Santu jsawwab fuq in-nisa fl-istorja tal-poplu ta’ Alla, għar-rebħiet kollha li hi taf lill-fidi, it-tama u l-imħabba tagħhom; trodd ħajr għall-frott kollu ta’ qdusija femminili” (n. 31).
Anki f’dawk is-sekli tal-istorja li aħna soltu nsejħulhom Medjuevu, diversi figuri femminili jispikkaw għall-qdusija tal-ħajja u l-għana tat-tagħlim. Illum nixtieq nibda nippreżentalkom waħda minnhom: Santa Ildegarda ta’ Bingen, li għexet il-Ġermanja fis-seklu 12.
Ara l-katekeżi tal-Papa Benedittu XVI dwar Santa Ildegarda ta’ Bingen, li għexet il-Ġermanja: