Is-Soċjetà tal-Museum permezz ta’ Pubblikazzjoni Preca għadha kif ippubblikat ħames kotba ta’ San Ġorġ Preca. Dawn huma fost l-iktar kotba importanti li kiteb il-Fundatur tal-Museum.
Minkejja li Dun Ġorġ miet fl-1962, il-kitbiet tiegħu jibqgħu relevanti għal żminijietna mhux biss biex il-qarrejja jitgħallmu fuq ir-reliġjon Nisranija imma biex ikunu jistgħu wkoll jissaħħu fil-fidi tagħhom.

Il-kotba l-ġodda huma:
1. Is-Sakrarju tal-Ispirtu ta’ Kristu
2. Ġinnasju Spiritwali
3. Il-Ktieb il-Kbir
4. Direttorju Spiritwali
5. Id-Dixxipulat.
Il-kotba qegħdin jinbiegħu minn Preca Library, il-Blata l-Bajda għall-prezz ta’ €8 kull wieħed.