Il-Papa jitlob għall-Etjopja u Sierra Leone, u jiftakar fil-martri Spanjoli.

Print Friendly, PDF & Email

Fil-konklużjoni tal-Angelus fi Pjazza San Pietru, l-Ħadd 7 ta’ Novembru, l-Papa Franġisku esprima t-tħassib tiegħu dwar il-kunflitt li għaddej fir-reġjun imsejjaħ il-‘Qarn tal-Afrika’ (Horn of Africa), b’mod partikolari fl-Etjopja, fejn għal aktar minn sena issa mieta ħafna u hemm kriżi umanitarja serja ħafna. L-Papa qal, “Nistieden lil kulħadd biex jitlob għal dawk il-popli li qed jissieltu daqshekk, u nġedded l-appel tiegħi biex tirbaħ l-armonija fraterna u t-triq paċifika hija dik tad-djalogu”.

Il-Papa Franġisku wkoll assigura it-talb tiegħu għall-vittmi ta’ nirien wara splużjoni ta’ fjuwil fil-periferija ta’ Freetown, il-kapitali ta’ Sierra Leone. Mill-inqas 98 persuna nqatlu u diversi għexieren oħra ndarbu meta tard nhar il-Ġimgħa sploda tanker taż-żejt.

Bħala konklużjoni, l-Qdusija Tiegħu l-Papa Franġisku, ta’ ġieħ lil tliet martri għall-fidi, li ġew imħabbra ilbieraħ, f’Manresa, Spanja. Dawn it-tliet Beati ġodda kienu tal-Ordni tal-Patrijiet Minuri Kappuċini. Dawn kienu nqatlu fil-Gwerra Ċivili Spanjola, fi żmien ta’ persekuzzjoni reliġjuża fi snin tletin. Il-Papa fakkar fix-xhieda ġentili u kuraġġuża tagħhom għal Kristu, u talab biex “l-eżempju tagħhom jgħin lill-insara tal-lum biex jibqgħu fidili lejn il-vokazzjoni tagħhom, anke fi żminijiet ta’ prova”.

Għal aktar tagħrif idħol fuq s-sit: https://www.vaticannews.va/en/pope/news/2021-11/pope-prays-ethiopia-sierra-leone-spanish-martyrs.html

Author: Joe Farrugia

Segretarjat għal-Lajċi.

%d bloggers like this: