San Ġużepp, migrant ippersegwitat u kuraġġjuż. Illum ukoll …
Katekeżi oħra tal-Papa Franġisku fuq San Ġużepp. Udjenza Ġenerali tal-Erbgħa 29 ta’ Diċembru 2021 …
Skandlu soċjali tal-umanità

“… Illum naħsbu f’Ġesù f’dirgħajn Ġużeppi u Marija, qed jaħarbu, u nilmħu fih lil kull wieħed u waħda mill-migranti tal-lum. Hija realtà, din tal-migrazzjoni tal-lum, li quddiemha ma nistgħux nagħlqu għajnejna. Huwa skandlu soċjali tal-umanità.“
Ara l-katekeżi tal-Papa Franġisku fuq San Ġużepp …
Kawża tal-prepotenza u l-vjolenza tas-setgħanin.

“… Illum nixtieq nippreżentalkom lil San Ġużepp bħala migrant ippersegwitat u kuraġġjuż. Illum ukoll tant ħutna jkollhom jgħaddu mill-istess inġustizzja u tbatija. Il-kawża kważi dejjem hi l-prepotenza u l-vjolenza tas-setgħanin.“