Wara l-pandemija, theddida għall-umanità mill-gwerra

Print Friendly, PDF & Email

Hemm min ma jistax jemmen: Gwerra fl-Ewropa fit-tielet millenju: kienet tidher improbabbli, kważi impossibbli. Hemm diġa’ ħafna mwiet. Hemm biżgħa ta’ ħafna iktar tixrid tad-demm. Bħas-soltu l-vittmi jkunu l-innoċenti, bla difiża, li ma jridu xejn aktar ħlief li jgħixu fil-paċi ma’ ħaddieħor, ma’ kulħadd, anke jekk għandhom bandiera differenti. Min hu b’saħħtu ma jimpurtahx mid-dgħajfa li qed imutu. Hawn ħafna li huma Erodi ċiniċi; l-qtil tal-innoċenti qatt ma waqaf. Wara t-tbatija kkawżata mill-pandemija, issa qed naraw in-niket ta’ kunflitt, u min jaf kemm se jiddeġenera?

Xi wħud evokaw r-riskji tat-tielet gwerra dinjija. Irridu nkomplu nemmnu li huwa mpossibbli. Inkomplu naħsbu li l-umanità mhux se tkun daqshekk belha li terġa’ taqa’ fiha. Minħabba li l-gwerra hija ġenn, hija irrazzjonali. Hija mxajtna. Ix-xitan jixtieq jeqred il-ħajja, irid jeqred id-dinja. Illum, għandu biżżejjed armi letali biex jilħaq l-għan tiegħu. Qatt m’għandna nieħdu l-paċi dinjija bħala fatt.

Il-Papa Franġisku, mimli dieqa u inkwiet, sejjaħ għat-talb u s-sawm għall-paċi, sejjaħ biex id-“dgħufija” tat-talb tikkumbatti l-qawwa tal-armi. Min kien jemmen? Min jopponi l-axxetiżmu ħelu kontra s-saħħa tal-kanuni? It-talb jgħaqqadna mal-Missier u jagħmilna aħwa; s-sawm jeħdilna xi ħaġa biex naqsmuha mal-oħrajn – anke jekk l-ieħor ikun għadu.

It-talb huwa r-rivoluzzjoni vera li tbiddel id-dinja għax tbiddel il-qlub. Ftit għandna riżorsi kontra l-gwerra, mingħajr ma nġorru r-responsabbiltà diretta għalihom, ix-xitan iqanqal il-mibegħda, l-ħżunija, l-kattiverija. Dan it-tip ta’ demonju, Ġesù jgħid, “qatt ma joħroġ ħlief bit-talb u s-sawm.”

Għal aktar tagħrif idħol fuq is-sit: https://www.vaticannews.va/en/world/news/2022-02/war-after-the-pandemic-a-threat-to-humanity.html

%d bloggers like this: