Il-Vatikan dwar il-kriżi fl-Ukrajna

Print Friendly, PDF & Email

Parolin: Jalla dawk li jżommu f’idejhom id-destin tad-dinja jeħilsuna mill-kruhat tal-gwerra.

Fil-Jum li l-kriżi fl-Ukrajna eskalat f’kunflitt, il-Kardinal Pietro Parolin, Segretarju tal-Istat tal-Vatikan, ħareġ din id-dikjarazzjoni lill-Midja tal-Vatikan:

Fid-dawl tal-iżviluppi ta’ llum fil-kriżi fl-Ukrajna, naraw ċar il-puntwalità tal-appell ċar u mill-qalb li għamel il-Papa lbieraħ fil-konklużjoni tal-Udjenza Ġenerali. Il-Papa tkellem dwar “niket kbir”, “inħossni mnikket u mħasseb”. Huwa ħeġġeġ ukoll lill-partijiet kollha involuti biex “jibqgħu lura minn kull azzjoni li terġa’ tipprovoka iktar tbatija lill-popli, li tiddestabilizza l-konvivenza bejn il-ġnus u ġib fix-xejn il-liġi internazzjonali”

Dan l-appell tiegħu ħa urġenza drammatika wara l-bidu tal-operazzjonijiet militari Russi fit-territorju Ukren. Ix-xenarju traġiċi li kulħadd beża’ qed isiru realtà. Iżda għad fadal żmien għar-rieda tajba, għad hemm lok għan-negozjar, għad hemm post għall-eżerċizzju ta’ għerf li jista’ jipprevjeni l-predominanza tal-interess partiġġjan, jissalvagwardja l-aspirazzjonijiet leġittimi ta’ kulħadd, u jeħles lid-dinja mill-bluha u terruri tal-gwerra.

Aħna li nemmnu, ma nitilfux it-tama li tintmiss il-kuxjenza ta’ dawk li għandhom f’idejhom ix-xorti tad-dinja. U nkomplu nitolbu u nsumu – kif ser nagħmlu dan l-Erbgħa tal-Irmied li ġej – għall-paċi fl-Ukrajna u fid-dinja kollha.

Għal aktar tagħrif idħol fuq is-sit: https://www.vaticannews.va/en/vatican-city/news/2022-02/parolin-may-those-who-hold-the-fate-of-the-world-in-their-hands.html

%d bloggers like this: