Il-Papa jgħid li ġej Malta biex jerġa lura lejn l-għejun tax-xandir tal-Vanġelu

Print Friendly, PDF & Email

Appell tal-Papa Franġisku fl-Udjenza ġenerali tal-lum

L-Erbgħa 30 ta’ Marzu 2022: Għeżież ħuti, is-Sibt u l-Ħadd li ġejjin se nżur Malta. F’dik l-art imdawla sejjer pellegrin fuq il-passi tal-Appostlu Pawlu, li hemm ġie milqugħ bi ħlewwa liema bħalha wara li safa nawfragu fil-baħar huwa u jivvjaġġa lejn Ruma.

Għalhekk dan il-Vjaġġ Appostoliku se jkun għalija l-okkażjoni biex nerġa’ lura lejn l-għejun tax-xandir tal-Vanġelu, biex insir naf personalment komunità Nisranija bi storja millenarja u ħajja, biex niltaqa’ man-nies ta’ pajjiż li jinsab fil-qalba tal-Mediterran u fin-nofsinhar tal-kontinent Ewropew, illum iżjed minn qatt qabel impenjat biex jilqa’ tant ħutna li qed ifittxu kenn. Sa minn issa nsellem minn qalbi lilkom il-Maltin kollha: il-ġurnata t-tajba! Nirringrazzja lil dawk kollha li qed iħabirku biex iħejju għal din iż-żjara u nitlobkom ilkoll takkumpanjawni bit-talb tagħkom. Grazzi!

Ara aktar fuq il-Vjaġġ tal-Papa Franġisku f’Malta …

%d bloggers like this: