Il-Papa lill-adoloxxenti Taljani: “Aqsmu il-biżgħat tagħkom u jisparixx”

Print Friendly, PDF & Email

It-Tnejn tal-Għid filgħaxija, grupp kbira ta’ pellegrini żgħażagħ Taljani għamlu velja ta’ talb mal-Papa Franġisku, taħt it-tema: “Ejjew warajja”. Din kienet l-ewwel attività, fi Pjazza San Pietru, li saret f’avveniment kbir u li ma kienetx Quddiesa, minn mindu faqqgħet il-pandemija tal-Covid-19. Il-ve;ja ta’ talb kienet organizzata mill-Konferenza tal-Isqfijiet Taljani (CEI), u rat diversi adoloxxenti jaqsmu l-esperjenzi tagħhom ta’ prova u fidi u rċievew inkoraġġiment u l-barka tal-Papa.

Madwar mitt elf żgħażagħ Tajani semgħu tfajla jisimha Alicia tgħid dwar it-tbatija tagħha fil-mewt tan-nanna tagħha u kif eventwalment fehmet kif tbiddel l-uġigħ tagħha f’rigal għal ħaddieħor. Tfajla oħra jisimha Sofia, tkellmet dwar is-solitudni tagħha waqt il-lock down tal-Covid-19,u kif ħabiba ġdida għallmitha tara l-ħajja minn għajnejn differenti mimlija tama u ferħ.

Il-Papa Franġisku tkellem mal-pellegrini żgħażagħ Taljani dwar il-ferħ tiegħu, li fl-aħħar seta’ jospita grupp daqshekk kbir fi Pjazza San Pietru, wara tant żmien. Huwa fakkar fl-Istatio Orbis, li hu kien għamel fis-27 ta’ Marzu 2020, biex jitlob għat-tmiem tal-pandemija, hekk kif ix-xita kienet nieżla bil-qliel u n-nies jgħaqqdu ġewwa djarhom, minħabba l-biża’ ta’ patoħenu ċkejken. Issa, sentejn wara, l-Qdusija Tiegħu, esprima l-ferħ tiegħu li l-ferħ tal-Għid, fl-aħħar mela mill-ġdid l-Pjazza San Pietru għal darb’oħra. Fl-istess ħin, innota, sħab qawwi għadu jkopri d-dinja tagħna, peress li l-pandemija għadha magħna u kif ukoll minħabba l-gwerra terribbli fl-Ewropa tal-Lvant.

“Ħafna drabi jkunu ta’ daqskom stess li qed iħallsu l-ogħla prezz. Mhux biss ħajjithom hija kompromessa u ma hijix sigura, iżda l-ħolm tagħhom għall-ġejjieni jintrefgħu taħt is-saqajn. Ħafna aħwa għadhom qed jistennew id-dawl tal-Għid”.

Il-Papa Franġisku mbagħad irrifletta fuq ir-rakkont tal-Evanġelju ta’ Ġesù, li deher lid-dixxipli fuq ix-xatt tal-Baħar tal-Galilja wara l-Qawmien Tiegħu. Huwa rrimarka lid-dixxipli kienu skoraġġuti wara l-mewt ta’ Ġesù, u ħassew li l-ħolm tagħhom kien spiċċa. Madankollu, hekk kif ħarġet ix-xemx waqt li kienu bilqiegħda fuq id-dgħajsa tas-sajd tagħhom, id-dixxipli raw raġel miexi fuq ix-xatt. Ġwanni, id-dixxiplu l-maħbub, għaraf lill-Mulej Rxoxt. Il-Papa Franġisku ħeġġeġ liż-żgħażagħ biex qatt ma jitilfu t-tama, anke meta l-ħolm tagħhom kollu jitfarrak u kollox jidher mitluf.

“Hemm mumenti li fihom il-ħajja tpoġġina għal prova u ġġegħlna nħossu l-piż tal-fraġilità tagħna… M’għandniex nibżgħu ngħidu: “Nibżgħu mid-dlam!”

Kulħadd jibża’ kultant, qal il-Papa, u żied li rridu naqsmu l-biżgħat tagħna ma’ dawk li aħna nafdaw. “Meta l-biżgħat tagħna – li jgħammru fid-dlam – jiġu għad-dawl, il-verità titfaċċa”, qal. “Taqtgħux qalbkom: jekk tibżgħu, ġibuha għad-dawl, u tagħmlilkom il-ġid”.

Il-Papa temm ir-rimarki tiegħu lill-adoloxxenti Taljani billi fakkarhom li għandhom il-ħila li jsibu lill-Mulej u l-Verità. U f’mumenti ta’ diffikultà, temm jgħid il-Papa Franġisku, nduru lejn ommna Marija. “Jalla tgħinkom twieġbu bil-fidi bl-‘Hawn Jien’” tagħkom stess lill-Mulej”.

Għal aktar tagħrif idħol fuq is-sit: https://www.vaticannews.va/en/pope/news/2022-04/pope-francis-italy-youth-follow-me-cei-pilgrimage.html

Author: Joe Farrugia

Segretarjat għal-Lajċi.

%d bloggers like this: