Papa Franġisku: “Marija tgħallimna biex ma nistħux mid-dmugħ”

Print Friendly, PDF & Email

“M’għandniex għalfejn nistħu nibku, anzi, l-qaddisin jgħallmuna lid-dmugħ huwa don, kultant grazzja, sinjal ta’ ndiema, ħelsien tal-qalb”. Dan il-punt saħqu l-Papa Franġisku, s-Sibt 23 ta’ April, meta kellu udjenza ma’ 2,800 parruċċani Taljani tal-Komunità Pastorali tas-Santwarju tal-Madonna tad-Dmugħ fi Treviglio, l-Italja ta’ Fuq. Din l-udjenza saret fis-Sala Pawlu VI. Il-komunità qed tiċċelebra l-500 anniversarju mill-miraklu tal-Verġni li bid-dmugħ tagħha salvat il-belt mit-truppi Franċiżi fit-28 ta’ Frar, 1522.

Fl-indirizz tiegħu lill-pellegrini, l-Papa Franġisku enfasizza s-sinjifikat speċjali għall-fidi Nisranija tagħna, d-dmugħ ta’ Marija li, qal, “jirrifletti d-dmugħ ta’ Ġesù” fil-miżerja tagħna.

Meta Marija, “l-ewwel dixxiplu” ta’ Ġesù, tibki, “id-dmugħ tagħha huwa sinjal ta’ mogħdrija ta’ Alla”, tal-“uġigħ ta’ Kristu għal dnubietna, għall-ħażen li jolqot lill-umanità, speċjalment liċ-ċkejknin, l-innoċenti li huma dawk li jsofru”, spjega l-Papa Franġisku, filwaqt li rrimarka li Alla “dejjem għandu mogħdrija għalina u jrid jaħfrilna”.

Huwa kompla billi rimarka lid-dmugħ tagħha huwa wkoll “sinjal tal-għajta ta’ Alla għall-vittmi tal-gwerra li qed teqred mhux biss l-Ukrajna”, wissa għal darb’oħra, li l-gwerra hija telfa għal kulħadd: telliefa u rebbieħa.

“Ejja jkollna l-kuraġġ li ngħidu l-verità: din il-gwerra qed teqred in-nies kollha nvoluti. Kollha kemm huma. Għax il-gwerra ma teqredx biss lin-nies megħluba, le, teqred ukoll lir-rebbieħ; teqred ukoll lil kull min jara aħbarijiet superfiċjali biex jara min hu r-rebbieħ u min hu t-tellief. Il-gwerra teqred lil kulħadd”.

Filwaqt li fakkar fil-konsagrazzjoni riċenti tiegħu tal-umanità, b’mod speċjali l-Ukrajna u lir-Russja, lill-Qalb Ba Tebgħa ta’ Marija, sabiex bl-interċessjoni tagħha tintemm il-gwerra li għaddejja fl-Ukrajna. L-Papa kompla jfakkar li Marija hija Omm il-Paċi, iżda wkoll il-Ħniena ta’ Alla.

“Marija tgħallimna biex ma nistħux mid-dmugħ”. Tabilħaqq, qal il-Papa, l-biki jfisser “niftħu għall-Missier it-tajjeb u wkoll għal ħutna”. Ifisser “li nħallu lilna nfusna nitqanqlu mill-pjagi ta’ dawk li niltaqgħu magħhom”; li nkunu nafu “naqsmu, nilqgħu, u nifirħu ma’ min jifraħ u nibku ma’ min jibki”. Madankollu, huwa nnota, lis-soċjetà fi żmienna tilfet din il-kapaċità li tibki “tajjeb”, jiġifieri “bil-qalb” kif għamlet Marija, jew kif għamel San Pietru meta nidem.

Għalhekk – qal il-Papa Franġisku – għandna nitolbu lil Alla biex jagħtina “l-grazzja tal-biki” għal dak li naraw: mhux biss il-gwerer, imma wkoll in-nies, bħall-foqra, l-anzjani u anke t-tfal bil-ġuħ, jew mormija. “Il-miżerja ta’ żmienna għandhom iġagħluna nibku u għandna bżonn nibku”, enfasizza l-Papa.

Wara li temm id-diskors tiegħu, l-Qdusija Tiegħu, faħħar l-ispirtu tal-Komunità tal-“Madonna tad-Dmugħ” miġbura fil-qosor f’isimha li jitkellem dwar “pastorali ta’ tenerezza, mogħdrija u viċinanza” ispirata mill-eżempju ta’ Marija. “Irridu nitgħallmu dejjem minn Marija biex nimxu wara Ġesù”, temm jgħid.

Għal aktar tagħrif idħol fuq is-sit: https://www.vaticannews.va/en/pope/news/2022-04/pope-francis-mary-teaches-us-not-to-be-ashamed-of-tears.html

Author: Joe Farrugia

Segretarjat għal-Lajċi.

%d bloggers like this: