Il-Papa Franġisku: “Jien lest li niltaqa’ ma’ Putin f’Moska

Print Friendly, PDF & Email

“Għandi ligament imċarrat, se nagħmel operazzjoni b’infiltrazzjonijiet u naraw”. “Jien ilni hekk, ma nistax nimxi. Xi żmien il-papiet kienu jġorruhom fuq is-‘sedia gestatoria’. Jeħtieġ ukoll daqsxejn ta’ wġigħ, ta’ umiljazzjoni”. B’dan il-kliem il-Papa ġġustifika l-fatt li ma jistax iqum biex isellem lid-direttur Luciano Fontano u lid-deputat Fiorenza Sarzanini tal-‘Corriere della Serra’, li ltaqa’ magħhom f’Santa Marta għall-intervista li ġiet ippublikata fil-ġurnal llum.

Il-konverżazzjoni kienet iċċentrata fuq it-tema tal-gwerra fl-Ukrajna, li kontriha l-Papa appella mill-ewwel jum, u li għaliha s’issa kien hemm ħafna attentati ta’ medjazzjoni, ibda mit-telefonata lil Zelenski, l-President tal-Ukrajna, saż-żjara lill-ambaxxata Russa lejn is-Santa Sede biex jitlob biex “isikktu l-armi”, u fuq kollox bir-rieda li jmur Moska u li jkollu laqgħa immedjata mal-President Putin.

“Tlabt lill-Kardinal Parolin, wara għxrin jum ta’ gwerra, biex iwassal il-messaġġ lil Putin li jien lest immur Moska”. Ċertament kien meħtieġ – jafferma l-Papa – li l-mexxej tal-Kremlin jiftħu xi tieqa żgħira. “Għadna ma rċevejniex tweġiba u għadna qed ninsistu anke jekk nibża’ li Putin ma jistax u ma jridx li jkollu din il-laqgħa bħalissa. Imma din il-brutalità kollha kif tista’ ma twaqqafhiex? Ħamsa u għoxrin sena ilu esperjenzajna l-istess ħaġa mar-Rwanda”.

Fi kliem il-Papa wkoll, ir-riflessjoni dwar ir-raġunijiet tal-gwerra u dwar il-“kummerċ” tal-armi li għall-Papa dejjem jibqa’ “skandu” oppost minn ftit. L-Papa Franġisku jitkellem dwar “ir-rabja ffaċilitata” forsi, minn “nebħa tan-NATO fil-bieb tar-Russja”, li wassal lill-Kremlim biex “jirreaġixxi ħażin u joħloq il-kunflitt”.

Il-Qdusija Tiegħu qal li ma jistax iwieġeb “għall-mistoqsija dwar jekk hux tajjeb li jissupplixxu lill-Ukraina”. Huwa kompla jgħid li “l-ħaġa hija ċara, li l-armi qed jiġu ttestjati f’dik l-art. Ir-Russi issa jafu lit-tankijiet huma ta’ ftit użu u qed jaħsbu f’affarijiet oħra. Il-gwerrer huma miġġielda għal dan: biex jiġu ttestjati l-armi li pproduċejna”. Ftit jopponu dawn is-snajja, minflok għandu jsir aktar u l-Papa jsemmi l-waqfien f’Ġenova ta’ konvoj li kien qed iġorr l-armi għall-Jemen u li tax-xatt għażlu “sentejn jew tliet snin ilu” biex iwaqqfuh.

L-ebda vjaġġ lejn Kiev mhu ppjanat għalissa, qabel irid ikun hemm vjaġġ lejn Moska. Waqt li jirrevedi l-isforzi li saru jew li jridu jsiru biex titwaqqaf l-eskalazzjoni tal-vjolenza, il-Papa jiċċara. “M’iniex se mmur Kiev għallissa, inħoss li m’għandix għalfejn immur. L-ewwel irrid immur Moska, l-ewwel irrid niltaqa’ ma’ Putin. Imma jien qassis ukoll, x’nista’ nagħmel? Nagħmel li nista’, jekk Putin jiftaħ il-bieb..”.

U għal darb’oħra, f’Moska, l-Papa jfittex il-possibbiltà li jaġixxi flimkien mal-patrijarka tal-Knisja Ortodossa Kirill. L-Kap tal-Knisja Kattolika semma’ l-intervista zoom, li kellu fil-15 ta’ Marzu li għadda, intervista ta’ 40 minuta li kellu mal-Kap tal-Knisja Ortodossa Russa, li ġustifika l-gwerra; kif ukoll fuq l-appuntament li ntilef f’Ġunju, f’Ġerusalemm. Fl-intervista mal-‘Corriere della Sera’, l-Papa Franġisku stqarr: “Smajtu, u għidtlu: ma nifhimx dan għal kollox. Ħija, aħna m’aħniex kjeriċi tal-istat; ma nistgħux nużaw il-lingwaġġ tal-politika, imma dak ta’ Ġesù. Aħna ragħajja tal-istess poplu qaddis ta’ Alla. Għalhekk irridu nfittxu modi ta’ paċi, inwaqqdu n-nar tal-armi. Il-Patrijarka ma jistax ikun l-abbati ta’ Putin. Kelli laqgġa skedata miegħu f’Ġerusalemm għall-14 ta’ Ġunju. Kienet ser tkun it-tieni laqgħa tagħna wiċċ imb’wiċċ, ma kellha xejn x’taqsam mal-gwerra. Imma issa anke hu jaqbel: ‘Ejjew nistennew; jista’ jkun sinjal ambigwu’”.

Il-ħarsa tal-Papa reġgħet twessgħet biex jitkellem dwar id-drittijiet tal-popli f’dinja fi gwerra, “it-tielet gwerra dinjija” tant spiss evokata u biża’. Ma kienx qed iqajjem “allarm”, ikkajrifika, iżda jrid joffri “aċċertament tal-affarijiet: is-Sirja, il-Jemen, l-Iraq, fl-Afrika gwerra wara l-oħra. Hemm interessi internazzjonali f’kull biċċa minnha. Ma tistax taġseb li stat ħieles jagħmel gwerra fuq stat liberu ieħor. Fl-Ukrajna, jidher li kienu oħrajn li ħolqu l-kunflitt. L-unika ħaġa li jista’ jitwaħħal fuq l-Ukrajna hi li huma irreaġixxew fid-Donbas, iżda qed nitkellmu fuq għaxar snin ilu. Dak l-argument huwa antik. Ovvjament, huma poplu kburi”.

F’dan ir-rigward, il-Qdusija Tiegħu ta ħarsa lura għall-Via Sagra tal-Ġimgħa l-Kbira fil-Kolossew u għat-talbiet minn naħa tal-Ukrajna li wasslu biex il-qari tal-meditazzjoni fit-tlettax-il stazzjoni, immexxi minn Russa u mara Ukrena tiġi skrappjata. L-Papa Franġisku spjega dwar il-konversazzjoni li kellu mal-Kardinal Krajewski, li għall-Għid kien Kiev. Dik kienet it-tielet darba li kien mibgħut mill-Papa mill-bidu tal-kunflitt. “Ċempilt lil Krajewski li kien hemm u qalli: ‘Ieqaf, taqrax it-talb. Għandhom raġun anke jekk ma nistgħux nifhmu bis-sħiħ’. Għalhekk dak il-mument baqa’ skiet. Huma suxxettibbli; iħossuhom megħluba jew skjavi għax tant ħallsu fit-Tieni Gwerra Dinjija. Tant mietu rġiel; huma poplu martri. Imma noqgħodu attenti wkoll dwar x’jista’ jiġri issa fit-Transnistira.”

Għal aktar tagħrif idħol fuq is-sit: https://www.vaticannews.va/en/pope/news/2022-05/the-pope-i-am-ready-to-meet-putin-in-moscow.html

Author: Joe Farrugia

Segretarjat għal-Lajċi.

%d bloggers like this: