L-Għaqdiet Pontifiċji Missjunarji jiċċelebraw il-200 anniversarju

Print Friendly, PDF & Email

It-Tlieta, 3 ta’ Mejju, jimmarka wkoll il-100 anniversarju mill-istatus Pontifiċju tas-Soċjetà Pontifiċja Missjunarja, mogħtija mill-Papa Piju XI, fil-Motu Proprio Romanorum Pontificum tiegħu. Il-Motu Proprio kkonferma l-ispirtu missjunarju tas-Soċjetà u s-servizz essenzjali tagħha lill-Knisja universali.

B’dak il-Motu Proprio, l-Qdusija Tiegħu ukoll kien ta status pontifikali lis-‘Society of the Holy Childhood’ (Soċjetà tat-Tfulija Mqaddsa) u lis-‘Society of St. Peter the Apostle’ (Soċjetà ta’ San Pietru Appostlu).

L-Arċisqof Giampietro Dal Toso, president tal-Għaqdiet Pontifiċji Missjunarji u segretarju aġġunt tal-Kongregazzjoni għall-Evanġelizzazzjoni tal-Popli, qal lil ‘Vatican News’, li l-involviment tal-fidili Kattoliċi fil-ħajja u l-ħidma missjunarja tal-Knisja huwa meqjus mit-tmexxija tal-Knisja bħala essenzjali.

“Huwa importanti; anzi, hija idea moderna jekk naħsbu dwarha,” qal. “Aħseb, pereżempju, kemm-il darba l-Papa Franġisku jitkellem dwar dan. Hija wkoll l-orjentazzjoni tal-ħidma tagħna bħala dikasterju: Biex kull persuna mgħammda tipparteċipa fil-ħidma missjunarja tal-Knisja madwar id-dinja. Permezz tas-Soċjetajiet Missjunarji Pontifiċji, l-fidili jistgħu jipparteċipaw billi jitolbu, jagħtu offerti, donazzjonijiet jew billi sempliċiment juru interess fl-attivitajiet missjunarji tal-Knisja”.

L-Arċisqof Dal Torso żied jgħid: “Permezz ta’ dawn l-impenji missjunarji u billi nipparteċipaw fil-ħidma tal-Knisja, aħna bħala Nsara, ngħixu l-fidi tagħna b’mod konkret ma’ ħutna madwar id-dinja”.

Mitejn sena wara t-twaqqif tagħha, l-Għaqda Pontifiċja Missjunarja għall-Propagazzjoni tal-Fidi tappoġġja ħafna proġetti relatati mal-missjunarji b’talb, animazzjoni u finanzi, speċjalment fl-Afrika, l-Asja u l-Paċifiku. Forsi l-aktar storja tal-għaġeb tas-Soċjetà Missjunarja Pontifiċja, hija li twaqqfet u ġiet ispirata minn lajka Franċiża, Pauline Jaricot, fl-età ta’ 23 sena. Hija se tiġi beatifikata dan ix-xahar, fit-22 ta’ Mejju, f’Lyons, Franza.

Għal aktar tagħrif idħol fuq is-sit: https://www.vaticannews.va/en/vatican-city/news/2022-05/pontifical-mission-societies-celebrates-200th-anniversary.html

Author: Joe Farrugia

Segretarjat għal-Lajċi.

%d bloggers like this: