800 sena wara, iċ-Church of England tiskuża ruħha għal-liġijiet kontra l-Lhud  

Print Friendly, PDF & Email

Il-Knisja tal-Ingilterra (Church of England) ħarġet apoloġija lill-komunità Lhudija dwar liġijiet li ġew mgħoddija 800 sena ilu, u li wittew it-triq għat-tkeċċija tal-Lhud mill-Ingilterra għal mijiet ta’ snin. Servizz speċjali li sar nhar il-Ħadd fil-Katidral ta’ ‘Christ Church’ f’Oxford, fl-okkażjoni tat-tmien ċentinarju tas-Sinodu ta’ Oxford, rat il-preżenza ta’ dinjitarji ċiviċi u mexxejja reliġjużi, fosthom ir-Rabbi Brittaniku, Ephraim Mirvis u rappreżentanti tal-Arċisqof ta’ Caterbury, Justin Welby.

Is-Sindou ta’ Oxford fl-1222 għadda liġijiet li jipprojbixxu l-interazzjonijiet soċjali bejn il-Lhud u l-Kristjani, poġġew għexur speċifiku fuq il-Khud u kienu jitolbuhom jilbsu badge ta’ identifikazzjoni. L-Lhud kienu wkoll ipprojbiti minn xi professjonijiet u milli jibnu sinagogi ġodda. Matul is-snin żdiedu restrizzjonijiet aktar ħorox kontra l-Lhud, li permezz ta’ editt fl-1290, maħruġ mir-Re Edwardu I, wasslu għat-tkeċċija tal-massa ta’ madwar 3,000 Lhudi. Għaddew aktar minn 360 sena, minn meta l-Lhud reġgħu ddaħlu fl-Ingilterra minn Oliver Cromwell fl-1656.

Għalkemm il-Knisja tal-Ingilterra ġiet iffurmata biss fl-1530, meta Enriku VIII inqatta’ mill-Papa, l-mexxejja tal-Knisja tal-Ingilterra saħqu fuq l-importanza ta’ apoloġija. “Is-servizz ta’ llum huwa opportunità biex niftakru, nindmu u nibnu mill-ġdid”, hekk qal fi tweet l-Arċisqof Justin Welby. “Ejjew nitolbu li dak li seħħ illum jispira lill-insara biex jirrifjutaw forom kontemporanju ta’ anti-Ġudaiżmu u antisemitiżmu u biex japprezzaw u jilqgħu r-rigal tal-ġirien Lhud tagħna”.

Fi stqarrija oħra x-xahar li għadda, d-Djoċesi ta’ Oxford innutat li l-intenzjoni tagħha “hija li din il-kommemorazzjoni tkun sinjal qawwi ta’ potenzjal, rifless fil-profondità ta’ laqgħa u servizz inter-reliġjuż li dejjem jeżisti f’Oxford u madwar is-soċjetà”.

Jonathan Chaffey, Arċidjaknu ta’ Oxford, qal li wasal iż-żmien għall-Kristjani biex jindmu mill-“azzjonijiet tal-mistħija” tagħhom u “jifformulaw b’mod pożittiv” ir-relazzjonijiet tagħhom mal-komunità Lhudija. Innota wkoll li l-Knisja Kattolika kienet taqbel mal-apoloġija.

Għal aktar tagħrif idħol fuq is-sit: https://www.vaticannews.va/en/church/news/2022-05/church-england-800-jewish-laws-synod-oxford.html

Author: Joe Farrugia

Segretarjat għal-Lajċi.

%d bloggers like this: