Il-Papa: “Ejja nitolbu għall-paċi li qatt ma tinkiseb bl-armi”

Print Friendly, PDF & Email

Il-Papa Franġisku reġa’ appella għall-paċi, filwaqt li fada t-talb tiegħu lill-Madonna. “Jien u ninżel għarkuptejja spiritwalment quddiem il-Verġni, inqiegħed f’idejha x-xewqa ħerqana ta’ tant nies għall-paċi, li f’diversi partijiet tad-dinja qed ibatu s-saħta ta’ gwerra bla sens”, huwa stqarr, waqt li kien qed jitkellem ma tant nies ta’ rieda tajba li kienu miġbura fi Pjazza San Pietru, għat-talba ta’ Regina Coeli.

Filwaqt li nnota li f’dak il-ħin, bosta fidili kienu miġbura madwar ix-xbieha meqjuma ta’ Marija fis-Santwarju ta’ Pompei, biex jitolbu t-talba tas-Supplika li ħarġet minn qalb il-Beatu Bartolo Longo. L-Qdusija Tiegħu qal li hu wkoll kinżel għarkuptejh quddiem il-Verġni b’supplika għad-don tal-paċi. “Lill-Verġni Mqaddsa, nippreżentalha b’mod partikolari t-tbatijiet u d-dmugħ tal-poplu Ukren.”

“Quddiem il-ġenn tal-gwerra, jekk jogħġobkom, inkomplu nitolbu r-Rużarju għall-paċi kuljum.” U, kompla jitlob għall-mexxejja tal-ġnus: “Biex ma jinjorawx ix-‘xamma tan-nies’ li jridu l-paċi, u jkunu jafu sew li din qatt ma tinkiseb bl-armi”.

Għal aktar tagħrif idħol fuq is-sit: https://www.vaticannews.va/en/pope/news/2022-05/pope-francis-regina-coeli-appeal-peace-ukraine-no-weapons.html

Author: Joe Farrugia

Segretarjat għal-Lajċi.

%d bloggers like this: