Il-Papa lill-Gwardji Żvizzeri

Print Friendly, PDF & Email

Is-6 ta’ Mejju hija data mportanti fil-ħajja tal-Gwardja Żvizzeri Pontifiċja, peress li timmarka d-data meta 147 membri tal-Gwardja Żvizzera inqatlu waqt li kienu qed jipproteġu lill-Papa Klement VII, waqt l-Attakk ta’ Ruma fl-1527. Kull sena, f’dan il-jum, rekluti ġodda jagħtu ġurament ta’ lealtà u jibdew uffiċjalment is-servizz tagħhom fil-ħarsien tal-Papa. L-Ġimgħa l-Papa Franġisku ltaqa’ mal-Ġwardja Żvizzeri biex jiċċelebra magħhom dik li sejjaħ “okkażjoni sabiħa”.

Fl-indirizz tiegħu lill-Gwardjani u l-familji tagħhom, il-Papa estenda l-awgurju speċjali tiegħu lir-rekluti l-ġodda li kienu se jieħdu l-ġurament f’ċerimonja aktar tard il-Ġimgħa filgħaxija. L-Qdusija Tiegħu qalljom li huma qed jiddedikaw ftit snin minn ħajjithom għal “ħidma li hija kemm xejn affaxxinanti, kif ukoll mimlija responsabbiltà fil-qalba tal-Knisja umiversali.”

“Permezz ta’ impenn ġeneruż u fidil, tul is-sekli, rġiel ma ħarbux mill-aktar provi iebsa, u waslu biex xerrdu demmhom stess biex jiddefendu lill-Papa u biex ikun jista’ jwettaq il-missjoni tiegħu b’indipendenza sħiħa.”

Il-Papa Franġisku ħeġġeġ lir-rekluti l-ġodda fid-deċiżjoni tagħhom li jidħlu għal dan is-servizz fuq “kompitu Ekkleżjali”, li jrid jiġi mgħajjex “bħala xhieda Nisranija u komunitarja”. L-Gwardji Żvizzeri jservu bħala komunità u mhux individwali, u l-Papa ħeġġiġhom biex iħaddnu l-ħajja komunitarja f’kull mument tal-ġurnata tagħhom.

“Li ngħixu s-servizz f’komunità hija sfida,” qal il-Kap tal-Knisja Kattolika, “għax tinvolvi li jinġiebu flimkien individwi b’personalitajiet, temperamenti u sensibilitajiet differenti, li niltaqgħu magħhom mal-medda ta’ triq.” Madankollu żied il-Papa, “l-Gwardjani huma motivati mill-“ideali li jaqdu lill-Knisja”, li jgħindhom jiffaċċjaw mumenti ta’ diffikultà meta jinqalgħu.

Il-Qdusija Tiegħu stieden ukoll lill-Gwardji Żvizzeri ġodda biex jiddedikaw ħin għall-formazzjoni, u biex iħallu lilhom infushom jikbru bħala rġiel Insara. Fl-istess ħin, il-Papa sejjħilhom biex jikkultivaw ħbiberiji sani ma’ ħuthom il-Gwardjani, fi spirtu ta’ “djalogu sinċier u fratern”.

Il-Papa tkellem ‘off-the-cuff’ għal mument biex ifakkar f’Gwardjan żagħżugħ li miet dan l-aħħar. “Nixtieq nieqaf għal mument fl-uġigħ u fid-dwejjaq,” qal. “U nixtieq li l-kollega tagħkom Silvan Volf kien hawn preżenti. Inċident ħadlu ħajtu ‘l bogħod minna. Fis-skiet, ejjew infakkru lil Silvan u nitolbu għalih”.

Il-Papa Franġisku temm id-dikors tiegħu billi faħħar lill-Ġwardji Żvizzeri għall-“kollaborazzjoni puntwali u prezzjuża” tagħhom. “Is-Santa Sede tgħodd fuqkom! Il-Belt tal-Vatikan hija kburija bil-preżenza tagħkom fit-territorju tagħha!”

U l-Papa feda lill-Gwardjani għall-interċessjoni ta’ Marija Bambina, flimkien mal-patruni tagħkom San Martin u Sebastjan.

Għal aktar tagħrif idħol fuq is-sit: https://www.vaticannews.va/en/pope/news/2022-05/pope-francis-pontifical-swiss-guards-audience-community.html

Author: Joe Farrugia

Segretarjat għal-Lajċi.

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading