Il-Ħajja f’Għawdex, Mejju 2022, No 1038

Print Friendly, PDF & Email

L-edizzjoni ta’ Mejju tar-Rivista Il-Ħajja f’Għawdex tkompli tixhed għall-varjetà karatteristika tal-kontenut f’din ir-rivista. L-artikli kollha għandhom fattur komuni bejniethom: kollha b’xi mod jirrelataw ma’ Għawdex, u jagħtuna ħjiel tal-polz ħaj ta’ din il-gżira żgħira b’ideat kbar.

Dan ix-xahar nistgħu naqraw dwar il-konverżazzjoni li kellu l-Isqof mal-Papa Franġisku fil-karozza mix-Xatt sa Ta’ Pinu u lura, kif ukoll xi riflessjonijiet fuq iż-żjara riċenti tal-Papa. Għawdex għandu storja rikka, u hawn nistgħu naqraw iżjed dwar l-imwiet fit-Tieni Gwerra Dinjija, il-pesta fis-seklu l-ieħor, kriminalità fi żmien il-Gwerra, il-kavallerija fis-seklu 17, u Għar Gerduf – sit interessanti tal-Kristjaneżmu bikri f’Ta’ Kerċem. L-aħbarijiet dwar Għawdex isemmu fost l-oħrajn ir-ritorn tal-fieri fil-kampanja, kunċerti, wirjiet tal-arti, festivals tan-nar, u anniversarji, waqt li żewġ riċensjonijiet iżommuna aġġornati fuq materji letterarji.

Il-Ħajja f’Għawdex, May 2022, No 1038

May’s edition of Il-Ħajja f’Għawdex bears further witness to the characteristic variety of content of this periodical. All articles are bonded together by one common factor: they all relate in some way or other to Gozo, and they give a glimpse of the vibrant pulse of this little island with big ideas.

This month we can read about the Bishop’s conversation with Pope Francis as they were driven from Mġarr to Ta’ Pinu and back, as well as some reflections on the recent papal visit to the island. Gozo has a rich history, and we can learn more about World War II casualties, the outbreak of bubonic plague early last century, wartime crime, a 17th century cavalry detachment, and Għar Gerduf – an intriguing early-Christian historical site at Ta’ Kerċem. The crowded current affairs section reports about country fairs, concerts, art exhibitions, fireworks festivals, and anniversaries, while two book reviews keep us in touch with literary matters.

%d bloggers like this: