160 tifel u tifla jiltaqgħu mal-Papa

Print Friendly, PDF & Email

Il-Papa Franġisku: Fl-4 ta’ Ġunju ser jirċievi 160 tifel u tifla minn Sant’ Alessio-Margherita di Savoia. Fosthom ukoll xi refuġjati Ukreni.

Wara waqfa ta’ sentejn, nhar is-Sibt 4 ta’ Ġunju se terġa’ lura l-“Bitħa tat-Tfal”, l-inizjattiva promossa mill-“Bitħa tal-Ġentili”, li ta’ kull sena ġġib lill-Papa Franġisku, tfal li jgħixu f’kundizzjonijiet ta’ vulnerabbilità u fraġilità soċjali.

Din is-Sena, l-Qdusija Tiegħu se jilqa’ fil-Cortile di San Damaso, tal-Palazz Appostoliku, madwar 160 żagħżugħ li jattendu l-Sant’Alessio-Margherita di Savoia f’Ruma: ħafna minnhom, fil-fatt, huma għomja, b’nuqqas ta’ vista jew nuqqasijiet fiżiċi. Huma se jkunu akkumpanjati mill-ħbieb tagħhom u sħabhom tal-klassi. “Il-promozzjoni tal-integrazzjoni u l-preġudizzji” hija, fil-fatt, l-għan tat-tmiem edizzjoni tal-“Bitħa tal-Ġentili”: “mhux biss avveniment, iżda triq pedagoġika u edukattiva, li tkompli matul is-sena, b’attivitajiet preparatorji u mumenti ta’ laqgħa u sharing”.

Bis-saħħa tal-kollaborazzjoni ta’ Confagricoltura f’Sant Alessio-Margherita di Savoia, inħoloq ġnien sensorjali għat-tfal u l-familji tagħhom. Il-“Ġnien Inviżibbli” huwa żona ta’ madwar ettaru fil-park tal-istruttura li toffri esperjenzi tal-mess, tax-xamm u tal-ħoss.

L-istedina lill-adulti u lit-tfal hija biex “Jitgħallmu jħarsu lejn id-dinja b’qalbhom, lil hinn mill-limit ta’ kull preġudizzju u dehra superfiċjali, bi spirtu ta’ solidarjetà u ftuħ lejn l-oħrajn”: għal din ir-raġuni se jipparteċipaw fil-laqgħa mal-Papa wkoll xi tfal refuġjati, ġejjin mill-Ukrajna u li huma milqgugħa f’Ruma mill-Knisja ta’ Santa Sofia.

Għal aktar tagħrif idħol fuq is-sit: https://www.agensir.it/quotidiano/2022/6/1/papa-francesco-il-4-giugno-riceve-160-bambini-del-santalessio-margherita-di-savoia-tra-loro-anche-alcuni-rifugiati-ucraini/

%d