Papa lill-Missjunarji tal-Afrika: Appostlu ta’ Kristu huwa xhud

Print Friendly, PDF & Email

Nhar it-Tnejn, il-Papa Franġisku ltaqa’ f’udjenza mal-parteċipanti tal-Kapitlu Ġenerali tal-Missjunarji tal-Afrika, magħrufin ‘il-Patrijiet il-Bojod’. Fl-indirizz tiegħu lilhom, il-Papa esprima d-dispjaċir li kellu jipposponi l-Vjaġġ Appostoliku tiegħu lejn ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo u s-Sudan t’Isfel, li kien skjedat għall-ewwel ġimgħa ta’ Lulju. Huwa qal li huwa diffiċli fl-età tiegħu li jmur fuq missjoni, iżda jimtela’ bil-kuraġġ mit-talb u l-eżempju tagħhom u jittama li jkun jista’ jżur lil dawn il-popli “li jġorr f’qalbu”. L-Papa ħabbar li se jiċċelebra Quddiesa ma-komunità Kongoliża f’Ruma nhar il-Ħadd 3 ta’ Lulju.

Il-Papa enfasizza l-importanza li nħarsu lura bi gratitudni malli sema’ li l-missjunarji għexu dawn il-jiem tal-Kapitlu “bi gratitudni u bit-tama”. Hu saħaq li tħares lura bi gratitudni huwa “sinjal ta’ saħħa spiritwali tajba” u hija l-attitudni “Dewteronomika” li Alla għallem lill-poplu Tiegħu.

“Ikkultivaw t-tifkira grata tat-triq li l-Mulej tana. U din il-gratitudni hija li tqanqal il-fjamma tat-tama,” qal il-Papa, filwaqt li żied li dawk li ma jirringrazzjawx lil Alla għad-doni Tiegħu – għalkemm ta’ strapazz u kultant ta’ wġigħ – m’għandhomx “ruħ ta’ tama, miftuħa għas-sorpriżi ta’ Alla u tama fil-provvidenza Tiegħu”. Il-Qdusija Tiegħu żied jgħid li din l-attitudni spiritwali hija meħtieġa biex iż-żerriegħa tal-vokazzjoni li l-Mulej jagħti bl-Ispirtu u bil-Kelma matura tiegħu.

Il-Papa kompla jħeġġiġhom biex jimxu ‘l quddiem b’gratitudni u tama, għax komunità li taf tgħid “grazzi” lil Alla u lil ħutha, u li fiha ngħinu lil xulxin jittamaw fil-Mulej Rxoxt “hija waħda li tattira u sostni lil dawk li huma msejħin”.

Il-Papa Franġisku tkellem fuq t-tema li l-Kapitlu għażel: “il-missjoni bħala xhieda profetika”, u nnota li hawn tidħol il-fedeltà lejn l-għeruq, u lejn il-kariżma li l-Ispirtu afda lill-Kardinal Lavigerie (fundatur tal-Patrijiet il-Bojjod). Huwa qal li anke waqt li l-Afrika u d-dinja qed jinbidlu, d-don iħaddan it-tifsira u l-qawwa tiegħu li hija sostnuta fil-Missjunarji, sal-punt li dejjem iwassal lura lejn Kristu u l-Evanġelju.

Waqt li reġa’ għamel l-eku tal-eżortazzjoni tal-fundatur li qal “Kunu appostli, xejn ħlief appostli”, l-Papa rrimarka li l-appostlu ta’ Kristu huwa “xhud”, idea li hija vera “dejjem u kullimkien” fil-Knisja, iżda partikolarment għall-Patrijiet il-Bojjod li huma msejħa biex jgħixu l-missjoni tagħhom f’kuntesti tal-ewwel evanġelizzazzjoni jew f’postijiet fejn ir-reliġjon Iżlamika hija prevalenti.

Il-Papa qal lix-xhieda tfisser żewġ affarijiet: “talb u fraternità” – qalb miftuħa għal Alla u qalb miftuħa għal aħwa – u li nkunu fil-preżenza ta’ Alla u nħalluh iħares lejna, kuljum fil-qima tagħna, u li jagħtina s-saħħa jekk “nibqgħu fih”, fi Kristu, li “hija l-kundizzjoni biex tkunu appostli”.

Il-Papa Franġisku ġibed l-attenzjoni lejn ix-xhieda li ta San Charles de Faoucauld, fejn innota li għalkemm hija kariżma oħra, għandha ħafna xi tgħid lill-Missjunarji tal-Afrika, kif ukoll lill-insara kollha ta’ żmienna. San Charles de Foucauld “b’użu mill-esperjenza intensa tiegħu ta’ Alla, għamel vjaġġ ta’ trasformazzjoni biex iħossu ħu għal kulħadd”.

Waqt li rrifletta fuq il-profezija, l-Qdusija Tiegħu qal li ħafna drabi nkunu nklinati li naħsbuha bħala realtà individwali fuq il-mudell tal-profeti ta’ Iżrael, iżda hija wkoll komunitarja, peress li hija “l-komunità li tagħti xhieda profetika”.

F’dan ir-rigward, il-Papa ħaseb fil-fraternità ffurmata minn nies minn tant pajjiżi u kulturi differenti, filwaqt li rrikonoxxa li hija sfida li tista’ tiġi aċċettata biss billi wieħed joqgħod fuq l-għajnuna tal-Ispirtu s-Santu. Żied jgħid li l-komunità żgħira, li tgħix fit-talb u l-fraternità, hija msejħa wkoll biex tiddjaloga mal-ambjent li tgħix fih, f’kuntesti fejn, minbarra l-faqar, tesperjenza nuqqas ta’ sigurtà u prekarjat. Din il-komunità żgħira tintbagħat tesperjenza “l-ferħ ħelu tal-evanġelizzazzjoni”.

Il-Papa temm billi talabhom jitolbu għalih, u talab l-interċessjoni tal-Madonna tal-Afrika ħa tħares il-Patrijiet il-Bojjod u bierek lill-parteċipanti li qegħdin jieħdu sehem fil-Kapitlu, u ħeġġiġhom iwasslu l-barka lill-aħwa u lill-fidili fil-komunitajiet tagħhom.

Għal aktar tagħrif idħol fuq is-sit: https://www.vaticannews.va/en/pope/news/2022-06/pope-francis-white-fathers-missionaries-africa-general-chapter.html

%d bloggers like this: