L-Isqfijiet tal-Istati Uniti jilqgħu d-deċiżjoni tal-Qorti Suprema li taqleb id-deċiżjoni ta’ Roe vs Wade

Print Friendly, PDF & Email

“Dan huwa jum storiku fil-ħajja ta’ pajjiżna,” hekk taqra l-istqarrija mill-Konferenza tal-Isqfijiet Kattoliċi tal-Istati Uniti, bi tweġiba għad-deċiżjoni tal-Qorti Suprema tal-Istati Uniti li tħassar deċiżjonijiet kontroversjali dwar l-abort, li kienu effettivament ippermettew l-abort fuq diversi talbiet madwar il-pajjiż kollu.

Nhar il-Ġimgħa, l-Qorti ħarġet id-deċiżjoni tagħha fil-każ ta’ Dobbs vs Jackson Women’s Health Organisation, u ddeċidiet li l-Kostituzzjoni tal-Istati Uniti ma tipproteġix l-hekk imsejjaħ “dritt” għall-abort. Is-sentenza tal-Ġimgħa, li ġiet deċiża minn sitt imħallfin favur u tlieta kontra, ħasret id-deċiżjonijiet fil-każijiet storiċi tal-abort Roe vs Wade u Planned Parenthood of Southeastern Pennsylvania vs Casey, li garantixxa “d-domanda fuq l-abort” madwar il-pajjiż kollu.

L-Istqarrija tal-Isqfijiet tal-Istati Uniti tgħid: “li għal kważi ħamsin sena, l-Amerika infurzat liġi nġusta li ppermettiet lil xi wħud jiddeċiedu jekk oħrajn jistgħux jgħixu jew imutu; din il-politika waslet għal imwiet ta’ għexieren ta’ miljuni ta’ tfal ta’ qabel it-twelid, ġenerazzjonijiet li ġew imċaħħda mid-dritt li saħansittra jitwieldu”.

L-istqarrija, ffirmata mill-President tal-Isqfijiet tal-Istati Uniti, l-Arċisqof José Gomez, u l-president tal-kumitat favur il-ħajja, l-Arċisqof William Lori, tinnota li Roe vs Wade, “li llegalizzat u nnormalizzat t-teħid ta’ ħajja umana innoċenti”, immarkat iċ-ċaħda “gravi” tal-verità, li l-irġiel u n-nisa kollha huma maħluqa ugwali, bid-drittijiet mogħtija minn Alla għall-ħajja, l-libertà, u t-tfittxija tal-hema.

Id-deċiżjoni, madankollu, ma tagħmilx l-abort illegali, iżda sempliċiment tirritorna l-awtorità biex tirregola l-prattika lill-poplu Amerikan u lir-rappreżentanti eletti tagħhom.

Wara li rringrazzjaw lil Alla għad-deċiżjoni tal-Ġimgħa, l-Isqfijiet jappellaw lill-uffiċjali eletti biex “jippromulgaw liġijiet u politika li tippromwovi u tipproteġi lil dawk l-aktar vulnerabbli”.

Fl-istqarrija tagħhom, l-Isqfijiet jibku wkoll it-telfa ta’ “għad ta’ ċkejknin li ħajjithom ittieħditilhom mill-1973”, filwaqt li esprimew il-qrubija tagħhom lejn “kull mara u raġel li batew bil-kbir mill-abort”, filwaqt li aċċertawhom bit-talb tagħhom għall-fejqan u wegħdu l-kompassjoni u l-appoġġ tagħhom.

“Bħala Knisja, għandna bżonn naqdu lil dawk li jiffaċċjaw tqala diffiċli u ndawruhom bl-imħabba”.

L-Isqfijiet faħħru l-ħidma ta’ “miljuni” ta’ Amerikani li “ħadmu flimkien b’mod paċifiku biex jedukaw u jipperswadu lill-ġirien tagħhom dwar l-inġustizzja tal-abort, li joffru kura u konsulenza lin-nisa, u jaħdmu għal alternattivi għall-abort, inkluż l-addozzjoni, l-foster care, u politika pubblika li verament jappoġġjaw lill-familji”.

Wara d-deċiżjoni tal-Ġimgħa, l-Akkademja Pontifiċja għall-Ħajja, ngħaqdet mal-istqarrija tal-Isqfijiet tal-Istati Uniti, fejn qalet li l-kwistjoni tal-abort ma tistax tibqa’ “limitata għall-eżerċizzju tad-drittijiet individwali, iżda minflok hija kwistjoni ta’ sinifikat soċjalu usa’”.

“Wara 50 sena, mportanti li nerġgħu niftħu dibattitu mhux ideoloġija dwar il-post li għandha l-protezzjoni tal-ħajja f’soċjetà ċivili, u nistaqsu lilna nfusna x’tip ta’ koeżistenza u soċjetà rridu nibnu”.

L-Akkademja Pontifikali għall-Ħajja qalet li l-gvernijiet għandhom jippromulgaw politika li “tiffavorixxi l-ħajja mingħajr ma jaqgħu f’pożizzjonijiet ideoloġiċi a priori”. Dan jinkludi “l-iżgurar ta’ edukazzjoni sesswali adegwata, garanzija ta’ kura tas-saħħa aċċessibbli għal kulħadd u t-tħejjija ta’ miżuri leġiżlattivi biex jipproteġu l-familja u l-maternità, li jingħelbu l-inugwaljanzi eżistenti”.

“Għandna bżonn għajnuna soda lill-ommijiet, lill-koppji u lit-tarbija fil-ġuf li tinvolvi lill-komunità kollha, li tinkoraġġixxi l-possibbiltà għall-ommijiet f’diffikultà li jkomplu bit-tqala u li jafdaw it-tarbija f’idejn dawk li jistgħu jiggarantixxu t-tkabbit tat-tarbija”.

Il-President tal-Akkademja Pontifikali, l-Arċisqof Vincenzo Paglia, qal: “Quddiem is-soċjetà tal-Punent li qed titlef il-passjoni tagħha għall-ħajja, dan l-att huwa stedina qawwija biex nirriflettu flimkien fuq il-kwistjoni serja u urġenti tal-ġeneratività umana u l-kundizzjonijiet li jagħmilha possibbli; billi nagħżlu l-ħajja, r-responsabbiltà tagħna għall-futur tal-umanità li hija f’riskju”.

Għal aktar tagħrif idħol fuq is-sit: https://www.vaticannews.va/en/world/news/2022-06/us-bishops-welcome-supreme-court-decision-overturning-roe-v-wade.html

%d bloggers like this: