Il-Papa jagħżel lil Kardinal Malti Mario Grech fid-Dikasteru tal-Isqfijiet tal-Vatikan, li għażel ukoll tliet nisa.
L-Erbgħa, l-Papa Franġisku ħabbar 14-il persuna, li ser ikunu fid-Dikasteru tal-Isqfijiet, fosthom lil Kardinal Malti, Mario Grech, li huwa s-Segretarju Ġenerali tas-Sinodu tal-Isqfijiet, kif ukoll tliet nisa. Dawn il-membru se jkunu responsabbli li jidentifikaw isqfijiet futuri għad-dinja.
Il-membri nisa huma Suor Raffaella Petrini, F.S.E., li huija Segretarju Ġenerali tal-Gvern tal-Istat tal-Vatikan; Sister Yvonne Reungoat, F.M.A, eks Superjura Ġenerali ta’ Ulied Marija Għajnuna tal-Insara; u Dr. Maria Lia Zervina, President tal-Unjoni Dinjija tal-Organizzazzjonijiet tan-Nisa Kattoliċi. In-nomina tas-Sinjura Zervino timmarka wkoll l-ewwel ħatra ta’ mara lajka fid-Dikasteru tal-Vatikan.

Għal aktar tagħrif idħol fuq is-sit: https://www.vaticannews.va/en/pope/news/2022-07/pope-francis-names-three-women-to-vatican-dicastery-for-bishops.html