Il-pellegrinaġġ penitenzjali tal-Papa lejn il-Kanada hu, biex jirrikonċilja u jfejjaq.

Print Friendly, PDF & Email

Nhar il-Ħadd, il-Papa Franġisku se jibda 37 vjaġġ Appostoliku tiegħu, li ser jieħdu lejn il-Kanada. L-ewwel nett dan il-vjaġġ ser ikun pellegrinaġġ penitenzjali mmirat lejn il-fejqan u r-rikonċiljazzjoni mal-popli indiġeni tan-nazzjon.

Waqt il-Konferenza Stampa, d-Direttur tal-Uffiċċju Stampa, Matteo Bruni qal, lin-nazzjoni tal-Amerika ta’ Fuq se jkun is-56 pajjiż, li l-Papa jkun żar. Il-Papa Franġisku qed jimxi fuq il-passi tal-predeċessur tiegħu, San Ġwanni Pawlu II, li żar il-Kanada tliet darbiet matul il-pontifikat tiegħu.

Mattro Bruni fakkar kif il-Papa Franġisku se jżur is-Santwarju Nazzjoni ta’ St. Anne de Beaupre, fil-Quebec, fejn, bħall-predeċessur tiegħu, se jiċċelebra Quddies. F’dan is-Santwarju, l-Papa Franġisku, se jfakkar fl-ewwel qaddisa kkanonizzata tal-indiġeni Amreikani, Kateri Tekakwitha, u se jbierek statwa tagħha. D-Direttur tal-Uffiċċju Stampa tas-Santa Sede nnota li Sant’ Anna hija mportanti għall-indiġeni speċjalement “b’rispett lejn l-anzjani u l-idea tan-nanna”.

Il-Vjaġġ Appostolika ġej bi tweġiba għall-istediniet li l-Papa rċieva mill-Knisja u mill-awtoritajiet ċivili fil-Kanada, u mill-popli indiġeni tal-Kanada nfushom. Matul iż-żjara ta’ bejn l-24 u 30 ta’ Lulju, l-Papa se jagħmel waqfiet f’Edmonton, Quebec, u l-belt tat-Tramuntana ta’ Iqaluit. F’Iqaluit, Matteo Bruni wissa, “se jkun hemm kesħa kbira”.

Il-protokoll tal-Vjaġġ se jkun kemxjen differenti minn oħrajn għaliex il-Qdusija Tiegħu se jiltaqa’ mal-awtoritajiet darba biss f’Quebec, li jkun fit-tieni pass tal-vjaġġ tiegħu. Filwaqt li ġeneralment din tkun riservata biss għall-awtoritajiet ċivili u diplomatiċi, din id-darba se jkun hemm rappreżentanti tal-popli indiġeni tal-Ewwel Nazzjonijiet, Métis, u Inuit fil-laqgħa.

L-ewwel tappa tal-Pellegrinaġġ se tkun iddedikata primarjament għal-laqgħ mal-popli indiġeni f’Edmonton. Il-Papa se jiltaqa’ ma’ diversi gruppi oħra ta’ nies indiġeni fi Quebec.

Mument partikolari u sinifikanti tal-vjaġġ se jsir fil-belt Artika ta’ Iqaluit, meta l-Papa Franġisku se jiltaqa’ ma’ xi eks-studenti tal-infami “skejjel residenzjali” fejn it-tfal indiġeni ħafna drabi kienu soġġetti għal dixxiplina ħarxa u xi ttrattati ħażin u abbużati. Issa huwa rikonoxxut lis-sistema tal-iskejjel residenzjali fittxet li tħassar il-kultura tagħhom.

Il-Papa fil-Kanada mistenni jagħmel disa’ diskorsi, li ser jagħmilhom bl-Ispanjol. Għażla tal-Ispanjol, hija minħabba li l-Ispanjol huwa mifhum aktar mit-Taljan. Ma jeskludiex ukoll li l-għażla tal-Ispanjol saret bil-ħsieb li tintlaħaq udjenza usa’, peress li f’xi partijiet tal-Kanada, hemm ħafna li jitkellmu l’Ispanjol.

Il-Qdusija Tiegħu mistenni jsellem lill-ġurnalisti fit-titjira lejn il-Kanada, u li jagħmel il-konferenza stampa tas-soltu, li ssir fir-ritorn lejn Ruma. Aktar minn sittin ġurnalist mistennija jakkumpanjaw lill-Papa abbord it-titjira papali. Matteo Bruni nnota li l-aħjar mod kif jiġu mmaniġġjati dawn l-avvenimenti għadu qed jiġi studjat, filwaqt li wissa lill-ġurnalisti preżenti biex ma jistennewx lil Qdusija Tiegħu ikun wieqaf il-kollu jew li l-konferenza tkun partikolarment twila.

Meta wieġeb għall-mistoqsijiet dwar l-isfidi tal-mobbiltà tal-Papa minħabba uġigħ fl-irkopptu, l-kelliem tal-Vatikan innota li waqt il-vjaġġ xi kultant se jkun qed juża s-siġġu tar-roti, bħalma jagħmel f’Ruma. 

Għal aktar tagħrif idħol fuq is-sit: https://www.vaticannews.va/en/pope/news/2022-07/pope-francis-apostolic-visit-penitential-pilgrimage-canada.html

%d bloggers like this: