“Nġorr f’qalbi t-teżor inkomparabbli ta’ dawk l-individwi u l-popli kollha li ħallew marka fija; l-uċuħ, it-tbissim u l-messaġġi li jibqgħu miegħi; l-istejjer indimentikabbli u l-ġmiel naturali; l-ħsejjes, il-kuluri u l-emozzjonijiet li laqtuni ħafna.”
Il-Papa Franġisku offra dan il-kliem ta’ apprezzament mill-qalb lill-poplu tal-Kanada, hekk kif kien wasal biex jitlaq minn Quebec u jagħmel waqfa qasira fil-belt l-aktar fit-Tramuntana ta’ Iqaluit.
L-Ġimgħa filgħodu l-Papa ltaqa’ ma’ delegazzjoni ta’ nies indiġeni preżenti fi Quebec, fir-Residenza tal-Arċisqof. Fir-rimarki tiegħu, l-Qdusija Tiegħu fakkar fit-tema tal-Vjaġġ Appostoliku tiegħu: “Nimxu flimkien”.
“Il-kobor ta’ din l-art ġġegħelna naħsbu fit-triq twila ta’ fejqan u rikonċiljazzjoni li qed niffaċċjaw flimkien”.
Il-Papa Franġisku fakkar li hu ġie l-Kanada bħala pellegrin u bħala “ħabib biex niltaqa’ magħkom u biex nara, nisma’, nitgħallem u napprezza kif jgħixu l-poli indiġeni ta’ dan il-pajjiż”.
“Ġejt bħal ħukom, biex niskopri minn naħa l-oħra l-frott tajjeb u l-ħażin li ħallem il-membri tal-familja Kattolika lokali matul is-snin”, qal. “Jien ġejt fi spirtu ta’ penitenza, biex nesprimi l-uġigħ mill-qalb tiegħi għall-ħażin li sarilkom minn ftit Kattoliċi li appoġġaw politika oppressiva u inġusta fir-rigward tagħkom”. Il-Papa esprima t-tama tiegħu liż-żjara tiegħu tista’ tavvanza fit-“tfittxija għall-verità” biex tgħin fil-fejqan u fir-rikonċiljazzjoni, filwaqt li jiżra “żrieragħ ta’ tama” għall-ġenerazzjonijiet futuri.
Il-Papa Franġisku qal li hu ser jirritorna Ruma “arrikkit ħafna” u li ħassu partikolarment imqanqal mir-“realtajiet indiġeni ta’ dawn l-artijiet”.
“Nazzarda ngħid, jekk tippermettuli, li issa, f’ċertu sens, jien ukoll inħossni parti mill-familja tagħkom, u għal dan, jien onorat”.
Iċ-ċelebrazzjoni tal-festa ta’ Sant’ Anna kienet ta’ qofol speċjali, qal il-Papa, peress li offriet tfakkira biex tiġi kkonservata r-rabta bejn iż-żgħażagħ u x-xjuħ u “biex tinżamm relazzjoni b’saħħitha u armonjuża mal-Ħolqien kollu”.
Il-Papa Franġisku kompla jħeġġeġ lill-Kanadiżi kollha, biex jafdaw il-frott taż-żjara tiegħu lil tliet nisa qaddisa: Sant’ Anna, l-Verġni Marija, u lil Santa Kateri Tekakwitha. Sant’ Anna, qal, tfakkar fid-doni tat-tenerezza u l-protezzjoni; Mariaj tindika t-triq pellegrina tagħna lejn is-sema; u Santa Kateri toffei eżempju ta’ devozzjoni eżemplari għat-talb u x-xogħol, kif ukoll il-“ħila li nissaportu ħafna provi bil-paċenzja u l-umiltà”.
“Dawn in-nisa jistgħu jgħinuna ningħaqdu flimkien, u nibdew ninsġu mill-ġdid ir-rikonċiljazzjoni li tista’ ssostni d-drittijiet ta’ dawk l-aktar vulnerabbli fostna u nħarsu lejn l-istorja mingħajr riżentiment jew li ninsew”.
Bħala konklużjoni, l-Papa ħeġġeġ lill-poplu tal-Kanada biex isegwi l-ħolm li Alla poġġa f’qalbhom b’“umiltà u determinazzjoni” fuq il-passi ta’ dawn in-nisa qaddisa. “Jalla jbierku l-vjaġġ li issa qed naqsmu flimkien”, u talab, “biex jinterċedu għalina u għal din l-opra kbira ta’ fejqan u rikonċiljazzjoni li tant togħġob lil Alla”.
Għal aktar tagħrif idħol fuq is-sit: https://www.vaticannews.va/en/pope/news/2022-07/pope-francis-apostolic-journey-canada-indigenous-delegation.html