L-aħħar waqfa li kellu l-Papa Franġisku fil-pellegrinaġġ penitenzjali tiegħu fil-Kanada kienet il-belt żgħira tal-Artiku ta’ Iqaluit, il-kapitali tat-territorju ta’ Nunavut. Huwa għamel żjara privata ma’ superstiti tal-iskejjel residenzjali f’Inuit, segwita minn laqgħa maż-żgħażagħ u l-anzjani Inuit. Iż-żewġ avvenimenti seħħew fl-Iskola Elementari ta’ Nakasuk, waħda minn erba’ skejjel elementari f’Iqaluit.
Waqt li kellu udjenza privata ma’ superstiti tal-iskejjel residenzjali u sema’ xi stejjer tagħhom, il-Papa Franġisku mexxa lil dawk preżenti fir-reċita tat-talba tal-Missierna, imbagħad tahom il-Barka Appostolika tiegħu.
Barra, fil-bitħa tal-iskola, l-Qdusija Tiegħu ġie milqugħ mill-mexxejja lokali, kif ukoll b’wirja ta’ għanjiet, żfin u mużika tradizzjonali tal-Inuit, qabel ma ta l-indirizz tiegħu, li kien indirizzat liż-żgħażagħ u l-anzjani ta’ Inuit.
Il-Papa Franġisku għal darb’oħra esprima s-sogħba tiegħu, u talab maħfra, “għall-ħażen li wettqu mhux ftit il-Kattoliċi li kkontribwew għall-politika ta’ assimilazzjoni kulturali u neħħew kull privileġġ fis-sistema tal-iskejjel residenzjali”. L-istejjer ta’ dawk li l-familji tagħhom tkissru, jikkawża mhux biss uġigħ, imma skandlu, qal, speċjalment meta wieħed iqis ir-raba’ Kmadament: “Weġġaħ lil missierek u l-ommok”. Għat tfal meħuda mill-familji tagħhom, dan bilkemm kien possibbli.
“Kemm hu ħażin li tkisser ir-rabtiet li jgħaqqdu l-ġenituri u t-tfal, li tagħmel ħsara lill-eqreb relazzjonijiet tagħna, li tagħmel ħsara jew tiskandalizza liċ-ċkejknin!”
Il-Papa Franġisku enfasizza s-sinifikat tal-laqgħat tiegħu mal-popli indiġeni waqt il-Vjaġġ Appostoliku tiegħu, u qal: “Qegħdin hawn biex inkomplu flimkien vjaġġ ta’ fejqan u ta’ rikonċiljazzjoni li, bl-għajnuna tal-Ħallieq, jista’ jgħinna nitfgħu dawl fuq dak li ġara u nimxu lil hinn mill-passat mudlam”.
Bl-appoġġ tal-anzjani, ż-żgħażagħ b’mod speċjali huma msejħa biex jitgħallmu kif jieħdu ħsieb u jgħallmu lil ħaddieħor jieħu ħsieb: għall-art, għall-poplu, għall-istorja tagħhom. Il-Papa Franġisku stieden liż-żgħażagħ biex iħaddnu l-passat, biex ikunu passjonati, u ma jibżgħux jisimgħu l-pariri tal-anzjani tagħhom – u f’dak l-ispirtu, offra, “bħala ħukom anzjan”, tliet pariri.
L-ewwel, l-Papa ħeġġiġhom biex “tibqgħu mexjin ‘il fuq”, biex jaspiraw għal affarijiet kbar; u fakkarhom li huma t-tweġiba għall-isfidi tad-dinja llum. “Il-futur jinsab f’idejkom,” qalilhom. “Qatt titilfu t-tama, iġġieled, agħti kollox, u ma jiddispjaċiekhomx.”
Imbagħad stedinhom biex “jiġu għad-dawl”, billi jgħadu d-dawl lil ħaddieħor u jaħdmu biex iwarrbu d-dlam tad-dinja. Dan jitlob dixxerniment, il-ħila li ssir distinzjoni bejn id-dawl u d-dlam, kif ukoll il-libertà li tagħżel dak li hu tajjeb.
“Jekk tridu tagħmlu lil Alla ferħan, dan hu l-mod: Agħżlu t-tjubija!”
It-tielet parir, li l-Papa ta liż-żgħażagħ, hu li “jkunu parti mit-tim”, billi uża l-eżempju tal-plejers tal-hockey li kapaċi jirbħu minħabba l-ħidma f’tim. “Ħidma f’tim tfisser li temmen li, biex tilħaq miri kbar, ma tistax tagħmilha waħdek; tridu timxu flimkien, ikollkom il-paċenzja tipprattikaw u twettqu logħbiet kkumplikati”.
Fl-aħħarnett, il-Papa Franġisku ħeġġeġ liż-żgħażagħ: “agħmlu dan kollu fil-kultura u bil-lingwa sabiħa Inuktitut”. “Hija t-tama u t-talb tiegħi”, qal il-Papa, “li, billi tisimgħu lill-anzjani tagħkom u tieħdu mir-rikkezza tat-tradizzjonijiet tagħkom u l-libertà personali tagħkom, tħaddni l-Evanġelju miżmum u mgħoddu minn missirijietkom, u b’hekk taslu biex taraw l-wiċċ Inuk ta’ Ġesù Kristu”.
Wara li tahom l-barka, l-aħħar kelma tad-diskors pubbliku finali tal-Papa Franġisku fil-Kanada kienet sempliċi: “Grazzi”, espressa b’mod xieraq bl-Inuktitut: “Qujannamiik!”
Għal aktar tagħrif idħol fuq is-sit: https://www.vaticannews.va/en/pope/news/2022-07/pope-to-inuit-youth-come-to-see-the-inuk-face-of-jesus.html