Il-Papa Franġisku u l-kardinali l-ġodd jżuru lil Benedittu XVI

Print Friendly, PDF & Email

Is-Sibt wara nofsinhar, fi tmiem il-Konċistorju Pubbliku Ordinarju, l-Papa Franġisku u l-kardinali l-ġodda żaru l-Monasteru Mater Ecclesiæ biex jiltaqgħu mal-Papa Emeritu Benedittu XVI. Il-laqgħa kienet waħda qasira.

Skont l-Uffiċċju Stampa tas-Santa Sede, wara li rċivew il-barka tal-Papa Emeritu, flimkien ma’ dik tal-Papa Franġisku, u talbu flimkien is-Salve Regina, l-kardinali ġodda marru fil-Palazz Appostoliku jew fis-Sala Pawlu VI għal żjarat ta’ kortesija.

Iż-żjara fil-Monasteru Mater Ecclesiæ, fil-Ġonna tal-Vatikan, issa saret drawwa, sa mill-Konċistorju tal-2016. Fl-ewwel żewġ okkażjonijiet fl-2014 u fl-2015, Benedittu XVI kien ħa sehem fiċ-ċelebrazzjoni fil-Bażilika ta’ San Pietru. 

Għal aktar tagħrif idħol fuq is-sit: https://www.vaticannews.va/en/pope/news/2022-08/pope-francis-and-new-cardinals-visit-benedict-xvi.html

%d bloggers like this: