L-aħħar messaġġ ta’ Ġwanni Pawlu I lejliet li miet

Print Friendly, PDF & Email

Kliem il-Papa Ġwanni Pawlu I lit-tfajjel Daniele Bravo u lill-Insara kollha, “Qatt ma nieqfu nsiru aħjar bl-għajnuna ta’ Alla u fl-imħabba ta’ Alla.” ..

L-udjenza tas-27 ta’ Settembru 1978 kienet l-aħħar waħda mill-erba’ udjenzi ġenerali li laħaq ta l-Papa Ġwanni Pawlu I matul il-pontifikat qasir tiegħu. Lejliet li miet, waqt l-aħħar udjenza, il-Papa stieden tifel biex jitla’ ħdejh. “Jista’ jiġi tifel biex jgħin lill-Papa? Wieħed biss”.

Tela’ jgħaġġel tifel ta’ 10 snin, Daniele Bravo.

Il-Papa: F’liema klassi qiegħed?Daniele: Fil-5 elementari.

Il Papa: Inti trid tibqa’ dejjem fi klassi 5 tal-elementari jew is-sena d-dieħla trid titla’ fi klassi oħra?

Daniele: Għalija l-istess, imma rrid nibqa’ fi klassi 5. Għax inkella meta mmur fl-ewwel klassi medja se nħalli lit-teacher tiegħi.

Il Papa: Allura, tibqa’ f’sena 5 jew titla’ fl-ewwel klassi medja.

Daniele: Irrid nibqa’ dejjem fil-5 klassi!

Il Papa: Diġa għedt, ma nafx jekk kontx attent, li l-imħabba ta’ Alla hi bħal vjaġġ, li fih irridu nimxu ‘l quddiem. Mulej, agħmel li jiena nħobbok dejjem aktar. Qatt ma nieqaf. Il-Mulej qal lill-Insara kollha: “Intom id-dawl tad-dinja, intom il-melħ tal-art. Kunu perfetti bħalma hu perfett Missieri li hu fis-smewwiet.” Mela qatt ma nieqfu nsiru aħjar bl-għajnuna ta’ Alla u fl-imħabba ta’ Alla.”

Minn Joe Galea

%d bloggers like this: