Frak tad-Deheb Nru 5

Print Friendly, PDF & Email

Miġbura minn Edward Tagliaferro

L-immaġinazzjoni hi aktar importanti mill-għerf          Albert Einstein

Il-prova li għandek kollox issibha meta tagħti; dak li ma tkunx tista’ tinfatam minnu  jibda jipposjedi lilek                                                      Andre Gide    

Jekk Alla kapaċi jaħdem bija, kapaċi jaħdem b’kulħadd   San Franġisk t’Assisi

Mulej, Int li tajtna tant, tina ħaġa oħra: qalb rikonoxxenti   George Herbert

Imħabba n-nuqqas ta’ paċenzja ġejna mkeċċija mill-Ġenna; mingħajr paċenzja ma nistgħux nerġgħu mmoru                                                   Franz  Kafka

Dak kollu li rajt jagħtini l-fiduċja fil-Ħallieq għal dak li għadni ma rajtx                     

                                                                                         Ralph Waldo Emerson

  • L-aħjar mod kif issir taf lil Alla hu li tħobb ħafna affarijiet      Vincent van Gogh
  • Meta tkun fil-kumpanija ta’ ħafna, kliemek are li jkun ftit  S. Tereża ta’ Avila
  • Nixbgħu mill-pjaċiri li nieħdu imma mhux mill-pjaċiri li nagħtu   J. Petit-Senn
  • L-ansjeta’ hija l-akbar ħażen li, barra d-dnub, ruħ tista’ taqa’ fih.  Alla kkmandak titlob, imma ma jridekx tinkwieta                                            S. Franġisk de Sales
  • Il-vera dar hi mhux biss il-post fejn tgħix, imma fejn jifhmuk
  • Fid-dinja moderna, l-aktar ħaġa mostruża – żgur ispirata minn spirti ħżiena, hi meta wieħed ikun qed jiekol f’ristorant fejn il-mużika ttarraxlek widnejk  G. K Chesterton
  • Fi ġlieda bejn il-poter u l-paċenzja, ibqa’ ċert li tirbaħ il-paċenzja     W. B. Prescott
  • Jekk tfaħħar it-tajjeb ta’ dak li jkun, aktar tressqu lejn il-virtu’ milli tgħajru bid-difetti tiegħu  
  • Il-ħażin li jiġrilna hu bħal sikkina: isservina jekk naqbduha mill-manku imma taqtagħlna jdejna jekk naqbduha mix-xafra       James Lowell
  • Ħu ħsieb ġismek daqs li kieku se tgħix għal dejjem; u ħu ħsieb ruħek daqs li kieku se tmut għada                                                          Santu Wistin
  • Impossibli tinkwieta waqt li tkun qed tidħaq     Myrl Murray
  • Għalliema għaqlija kienet spiss issejjaħ ħdejha l-inqas tifla li tattirak , u tgħidilha minn taħt l-ilsien: “Kemm qed narak tisbieħ kuljum!” It-tbissima kbira li tixref fuq wiċċha  tgħin biex din it-tifla tiżviluppa fi tfajla tassew ħelwa, issostni din l-għalliema             

                                                                                        Ladies Hime Journal

  • Xi wħud iqisu d-dixxiplina bħala dover.  Jien inqisha bħala l-ordni li tgħinni inkun liberu niex intir                                                               Julie Andrews
  • Tibdiex bi programm imma b’azzjoni                          Florence Nightingale
  • Il-ħajja mhijiex fuq kif se  tibqa’ ħaj wara t-tempesta, imma li tiżfen fix-xita (Life is not about how to survive the storm, but how to dance in the rain)    Anon
  • Biex tilħaq champion trid temmen fik innifsek meta ħadd ma jemmen fik                  

                                                                                        Sugar Ray Robinson

  • Ftit ħwejjeġ ituk aktar gost minn neputijiet (ulied uliedek) jiġġieldu biex joqogħdu f’ħoġrok                                                                         Doug larson
  • Jekk xi ħadd joffri li jagħmilni l-ikbar re li qatt kien hawn, bil-palazzi, ġonna, ikel u lbies fin, imma bil-patt li ma naqrax kotba aktar,  ma naċċettax    Thomas Macaulay
  • L-ikbar dritt fid-dinja hu d-dritt li tiżbalja                       Henry Wienberger     
%d bloggers like this: