Nimxu flimkien lejn il-Ġublew tat-Tama

Print Friendly, PDF & Email

Jeħtieġ inżommu mkebbes il-musbieħ tat-tama li ngħatatilna, u nagħmlu minn kollox biex kulħadd jerġa’ jikseb il-qawwa u ċ-ċertezza li jħares lejn il-futur b’qalb miftuħa, qalb fiduċjuża u ħsieb li jara ’l bogħod.

mill-Ittra tal-Papa Franġisku lil Mons. Rino Fisichella …

Il-Ġublew li jmiss jista’ jgħinna ħafna biex nerġgħu nsibu klima ta’ tama u ta’ fiduċja, bħala sinjal ta’ twelid ġdid li tiegħu lkoll inħossu tant il-ħtieġa urġenti. Għalhekk jien għażilt il-motto Pellegrini tat-tama.

Imma dan kollu jkun possibbli jekk ikollna l-ħila …

nirkupraw is-sens ta’ fraternità universali,

jekk ma nagħlqux għajnejna quddiem it-traġedja tal-faqar mifrux li qed iżomm miljuni ta’ rġiel, nisa, żgħażagħ u tfal milli jgħixu b’mod li jixirqilhom jissejħu bnedmin. Qed naħseb b’mod speċjali f’tant rifuġjati li jkollhom iħallu artijiethom.

Ħa nagħtu widen għall-ilħna tal-foqra f’dan iż-żmien ta’ tħejjija għall-Ġublew li, skont il-kmand bibliku, irodd lil kull wieħed u waħda l-aċċess għall-frott tal-art: “Dak li trodd l-art fil-mistrieħ tagħha, tistgħu tikluh; int, il-qaddej u l-qaddejja tiegħek, il-ħaddiem mikri tiegħek, il-barranin li jkunu miegħek, il-bhejjem tad-dar u l-bhejjem selvaġġi. Kulma trodd jista’ jittiekel” (Lev 25:6-7).

Ara l-Ittra tal-Papa Franġisku lil Mons. Rino Fisichella …

%d bloggers like this: