Aktar kotba mill-Publikazzjoni Preca

L-Awtobijografija Spiritwali ta’ Charles de Foucauld.
Ħin Għal Alla: Għajnuniet għal min irid jibda jitlob.
Urgings of the Heart

Awtobijografija Spiritwali ta’ Charles de Foucauld.

Fl-okkażjoni tal-kanonizzazzjoni ta’ Charles de Foucauld fl-2022, Pubblikazzjoni Preca ippubblikat it-tieni edizzjoni ta’ L-Awtobijografija Spiritwali ta’ Charles de Foucauld. Dan il-ktieb jgħaddina minn fażijiet importanti fil-ħajja ta’ de Foucauld, miktuba minnu stess:  il-konverżjoni tiegħu f’Ottubru 1886, is-snin li għadda f’Nazaret bħala eremita, l-ordinazzjoni saċerdotali, u ż-żmien li qatta’ fid-deżert tas-Saħara fejn inqatel fl-1 ta’ Diċembru fl-1916. F’din l-awtobijografija tispikka b’mod speċjali x-xewqa qawwija ta’ de Foucauld li kuljum jikber fl-imitazzjoni tiegħu lejn Ġesù, billi jgħix qrib il-fqar u l-imwarrba, hu u jxandar l-aħbar it-tajba tal-imħabba, b’ħajja miġbura fit-talb u sostnuta bl-Ewkaristija.

Ħin Għal Alla: Għajnuniet għal min irid jibda jitlob.

Pubblikazzjoni Preca ippubblikat ukoll il-ktieb Ħin Għal Alla: Għajnuniet Għal Min Irid Jibda Jitlob, ta’ Emanuel Curmi, membru tas-Soċjetà tal-MUSEUM. Fih naraw x’inhu t-talb, u x’dispożizzjonijiet u ħiliet neħtieġu biex nitolbu. Naqraw ukoll dwar metodi differenti ta’ talb, bħall-ġakulatorji, il-meditazzjoni u l-kontemplazzjoni. Kull kapitlu jagħlaq b’taħriġ fit-talb sabiex iservi ta’ gwida. Għal dawk li jixtiequ li permezz ta’ ħajja ta’ talb jistiednu lil Alla jiġi u jgħammar fiċ-ċentru ta’ ħajjithom, dan il-ktieb jiswihom mitqlu deheb.

Urgings of the Hear

Ktieb ieħor ta’ Pubblikazzjoni Preca huwa Urgings of the Heart, bi traduzzjoni għall-Ingliż ta’ kitbiet ta’ San Ġorġ Preca, miġbura skont temi partikolari.

Dawn it-tliet kotba jinsabu għall-bejgħ mingħand Librerija Preca. L-ewwel tnejn qed jinbiegħu €10, u t-tielet €5.50.

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading