Il-Papa: “It-tfal Ukreni qed iġorru l-piż tat-traġedja tal-gwerra”

“Meta tifel jitlef il-ħila li jitbissem, hija ħaġa serja”. Hekk qal il-Papa Franġisku, fit-tmiem tal-Udjenza Ġenerali tal-Erbgħa. L-Qdusija Tiegħu esprima t-tħassib tiegħu għat-tfal Ukreni “li qed ibatu, ibatu ħafna, minn din il-gwerra”.

“Fil-festa li Alla jsir tarbija, ejjew naħsbu fit-tfal Ukreni,” ħeġġeġ il-Papa, filwaqt li enfasizza l-piż li huma mġiegħla jġorru fit-traġedja “ta’ dik il-gwerra, li hija tant inumana, daqshekk ħarxa”. Huwa ħeġġeġ lil kulħadd biex joffri t-talb tiegħu għat-tfal Ukreni, li qed isofru l-bard u n-nuqqas ta’ bżonnijiet bażiċi.

Waqt li sellem lill-poplu fidil tal-Polonja, l-Papa fakkar fit-tradizzjoni nazzjonali li tgħid li, lejlet il-Milied, il-familji “jħallu post vojt fuq il-mejda għal mistieden mhux mistenni”. “Din is-sena,” qal il-Papa Franġisku, “dak il-post se jkun okkupat mill-kotra ta’ refuġjati mill-Ukrajna li lilhom ftaħtulhom il-bibien ta’ djarkom b’ġenerożità kbira”.

“Jalla Bin Alla mwieled f’Betlehem jimla lil kull wieħed minnkom, lill-familji tagħkom u lil dawk li tgħinu bl-imħabba”.

Għal aktar tagħrif idħol fuq is-sit: https://www.vaticannews.va/en/pope/news/2022-12/pope-general-audience-ukrainian-children-war.html

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading