L-Intenzjonijiet tal-Papa għas-Sena 2023

Print Friendly, PDF & Email

Matul kull xahar tas-sena, il-Papa jistieden lill-bnedmin ta’ rieda tajba sabiex jingħaqdu flimkien u jitolbu speċjalment għall-dawn l-intennjonijiet …

JANNAR
Għall-Edukaturi
Nitolbu biex l-edukaturi jkunu xhieda kredibbli, jgħallmu l-fraternità aktar milli l-kompetittività u fuq kollox jgħinu lil min hu l-iżgħar u l-aktar vulnerabbli.

FRAR
Għall-Parroċċi
Nitolbu biex il-parroċċi jikbru f’komunitajiet ta’ fidi u ta’ fraternità u li jagħrfu jilqgħu lil dawk l-aktar fil-bżonn.

MARZU
Għall-Vittmi tal-Abbuż
Nitolbu għal dawk li ġarrbu ħsara mill-membri tal-Knisja biex isibu fi ħdan il-Knisja stess tweġiba konkreta għall-weġgħat u t-tbatijiet tagħhom.

APRIL
Għal kultura ta’ Paċi u Non-vjolenza
Nitolbu biex tixtered il-paċi u n-non-vjolenza billi jitnaqqas l-użu tal-armamenti mill-pajjiżi u miċ-ċittadini.

MEJJU
Għall-Movimenti u Gruppi Ekkleżjali
Nitolbu biex il-movimenti u l-gruppi ekkleżjali jiskopru kuljum il-missjoni tagħhom ta’ evanġelizzazzjoni, billi jqiegħdu l-kariżmi tagħhom għas-servizz tal-bżonnijiet tad-dinja.

ĠUNJU
Għat-Tneħħija tat-Tortura
Nitolbu ħalli l-komunità internazzjonali tintrabat b’modi konkreti biex twaqqaf it-tortura u tiggarantixxi għajnuna lill-vittmi u l-familji tagħhom.

LULJU
Għal Ħajja Ewkaristika
Nitolbu biex il-Kattoliċi jqiegħdu ċ-ċelebrazzjoni tal-Ewkaristija fiċ-ċentru ta’ ħajjithom, jibdlu fil-fond ir-relazzjonijiet tagħhom mal-oħrajn u jinfetħu għal-laqgħa ma’ Alla u ma’ ħuthom kollha
subien u bniet.

AWWISSU
Għall-Jum Dinji taż-Żgħażagħ
Nitolbu biex il-Jum Dinji taż-Żgħażagħ f’Lisbona jgħin liż-żgħażagħ ikunu xhieda tal-Vanġelu fil-ħajja tagħhom.

SETTEMBRU
Għal Dawk li jgħixu fl-Emarġinazzjoni
Nitolbu għal dawk imwarrba fil-ġenb tas-soċjetà, f’kundizzjonijiet diżumani, biex l-istituzzjonijiet jagħtu kashom u qatt ma jqisuhom ta’ inqas importanza minn oħrajn.

OTTUBRU
Għas-Sinodu
Nitolbu għall-Knisja biex tagħraf tisma’ u tiddjaloga f’kull livell ta’ ħajjitha u tħalli lill-Ispirtu s-Santu jmexxiha lejn il-periferiji tad-dinja.

NOVEMBRU
Għall-Papa
Nitolbu għall-Papa biex fil-qadi tal-missjoni tiegħu jibqa’ viċin tal-merħla fdata f’idejh, bl-għajnuna tal-Ispirtu s-Santu.

DIĊEMBRU
Għall-Persuni bi Bżonnijiet Speċjali
Nitolbu għall-persuni bi bżonnijiet speċjali biex is-soċjetà tqegħedhom fiċ-ċentru tal-attenzjoni tagħha u toffri programmi inklużivi li jagħtu importanza lill-parteċipazzjoni attiva tagħhom

%d bloggers like this: