Publikazzjoni ta’ Jannar 2023
Meta tiġi dahrek mal-ħajt, Alla jmid idu u jerfgħek. Il-fidi tara dak li hu inviżibbli, dak li ma jidhirx, u temmen dak li ma jitwemminx, u għalhekk tgawdi dak li nqisuh impossibli. Ejjew nirringrazzjaw lil Alla tal-ikel, sew tal-ġisem kif ukoll tar-ruħ.

Matul ix-xahar ta’ Jannar tista’ taqra aktar dwar dan fl-editorjal tal-magażin Malta Missjunarja, li huwa pubblikazzjoni ta’ Missio Malta. F’dan il-magażin, li joħroġ darba fix-xahar, fost ħafna informazzjoni oħra, issib tagħrif dwar il-proġetti li diġà wettaq Missio Malta, aħbarijiet mill-missjoni, l-intenzjoni missjunarja tax-xahar, riċetta tradizzjonali u paġna tal-logħob. Wieħed isib ukoll tagħrif dwar id-diversi attivitajiet li Missio Malta jkun ser jorganizza matul is-sena għall-benefatturi u l-qarrejja tal-magażin. F’artiklu minnhom niltaqgħu ma’ Beatriz Lauenroth li għal kważi għoxrin sena għexet u ħadmet fir-Russja. Illum tgħix l-Olanda fejn joqogħdu wkoll bosta Ukreni, li ilhom xhur li ħarbu mill-invażjoni Russa f’pajjiżhom. Artiklu ieħor jlaqqagħna ma’ Dun Allan Bukenya li jgħidilna dwar żewġ proġetti fil-Lvant tal-Afrika sponsorjati minn benefatturi ta’ Missio Malta.
Għal aktar tagħrif, jew biex tabbona fil-magażin Malta Missjunarja, ċempel l-uffiċċju ta’ Missio Malta fuq 21 236 962, jew ibgħat imejl lil info@missio.org.mt Żur ukoll is-sit www.missio.org.mt jew il-paġna ta’ Facebook: Missio Malta.
JINSAB GĦALL-BEJGĦ UKOLL MINN MISSIO MALTA
Nru. 150, Triq Lorenzo Gafà, il-Mosta MST 4128.
Tel: 212306962 • Imejl: info@missio.org.mt
Ħinijiet: mit‑Tnejn sal‑Ġimgħa: 8:30am – 4:00pm
Uffiċċju Missjunarju, Nru. 7, Triq l‑Imgħallem, ir‑Rabat, Għawdex VCT 9066.
Tel: 2155 0267 • Imejl: gozo@missio.org.mt
Ħinijiet: mit‑Tnejn sal‑Ġimgħa: 8:30am – 12:00pm
Websajt: www.missio.org.mt