Il-Papa jappella għat-talb għas-saċerdot Niġerjan u l-Ukreni li qed ibatu

Print Friendly, PDF & Email

Fl-Udjenza Ġenerali tal-Erbgħa, l-Papa Franġisku talab lil kulħadd biex fit-talb tagħhom jiftakru fil-ħafna Nsara li qed ibatu direttament minħabba l-vjolenza. Huwa tkellem b’mod partikolari dwar Patri Isaac Achi, tad-Djoċesi ta’ Minna fit-Tramuntana tan-Niġerja, li nhar il-Ħadd inqatel fid-dar parrokkjali tiegħu.

Briganti attakkaw ir-residenza ta’ Patri Achi u l-viċi kappillan Patri Collins Omeh, li jieħdu ħsieb il-Knisja ta’ San Pietru u San Pawl, f’Kafin-Koro, fir-reġjun ta’ Paikoro. L-aggressuri mhux identifikati taw in-nar lir-residenza u Patri Achi miet maħruq, filwaqt li sparaw lil Patri Omeh, li pprova jaħrab.

Imbagħad il-Papa dawwar ħsibijietu fuq “l-Ukrajna martirata”, u appella lil kulħadd biex jiftakru fil-poplu Ukren fit-talb tagħhom għax għandhom bżonn ħafna “l-qrubija tagħna, l-konsolazzjoni u fuq kollox il-paċi”. Fakkar ukoll fl-aħħar attakk bil-missili li seħħ nhar is-Sibt li għadda u li qatel u weġġa’ bosta ċivili, fosthom tfal, u qal li qed jaqsam mal-“uġigħ ta’ qsim il-qalb” tal-familji.

“L-immaġini u t-testimonjanzi ta’ dan l-episodju traġiku huma appell qawwi għall-kuxjenza tagħna. Ħadd ma jista’ jibqa’ indifferenti!”

Rapporti fil-midja qalu li nhar is-Sibt, 45 persuna tilfu ħajjithom u 79 ndarbu f’attakk ta’ missila Russa li laqtet bini ta’ appartamenti fil-belt Ukrena ta’ Dnipro; 19 għadhom neqsin.  

Għal aktar tagħrif idħol fuq is-sit: https://www.vaticannews.va/en/pope/news/2023-01/pope-calls-for-prayers-for-nigerian-priest-suffering-ukraine.html

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading