“Il-Qawmien ta’ Lazzru”  

Print Friendly, PDF & Email

Il-Papa Franġisku fl-Angelus. Minn Daniel Borg

“Il-Qawmien ta’ Lazzru” (Ġw 11, 1-45) . Fil-Vanġelu tal-lum naraw il-qawmien ta’ Lazzru, erbat ijiem wara li miet. Fl-Anġelus l-Papa jgħid li Ġesu jagħtina t-tama anke meta kollox jidher mitluf: it-telfa ta’ xi ħadd għażiż, marda, jew xi delużjoni oħra kbira. Huma mumenti, fejn il-ħajja tidher qabar magħluq, fejn kollox jidher dlam, u madwarna ma jkunx hawn ħlief dlam u disperazzjoni. Il-miraklu tal-lum jgħidlina li dan mhux hekk. F’dawn il-mumenti Ġesu’ huwa iktar qribna biex jagħtina l-ħajja. Ġesu jibki magħna bħalma beka għal Lazzru. F’dawn il-mumenti jiġi ħdejn l-oqbra tagħna u jgħid: “Neħħu l-blata” (v. 39).

Ġesu jgħidilna biex inneħħu mill-qabar tagħna in-niket, il-fallimenti, u l-iżbalji tagħna. Hu jgħidilna biex nerġgħu nakkwistaw il-fiduċja u noħorġu mill-oqbra tagħna. Ma rridux inċedu għall-biża’ li jwaqqafna milli nimxu ‘il quddiem. Il-Papa jgħidilna li issa huwa l-mument li noħorġu milll-qabar u niltaqgħu ma’ Ġesu.

Il-post tal-facebook li tellajt hija din: https://www.facebook.com/daniel.borg.75/posts/pfbid0fpP2ZoZZaS8hYU5qmRt3XXu6BN7h1wGXA4Z7yT5jcazt73CvGgdwNg65V1CYDbGjl

%d bloggers like this: