Id-Dikasteru għas-Servizz tal-Karità, qed jibgħat aktar mediċini f’Istanbul. Dan qed isir skont ix-xewqa tal-Papa li joffri aktar għajnuna lill-vittmi tat-terremot devastanti tas-6 ta’ Frar li laqat is-Sirja u t-Turkija u li tilfu ħajjithom madwar 50 elf ruħ. L-ewwel konsenja telqet it-Tnejn 27 ta’ Marzu, u l-għada komplew aktar vjaġġi. L-Ambaxxata Torka għas-Santa Sede pprovdiet gwida u struzzjonijiet dwar l-10,000 mediċina li nxtraw bl-aktar bżonn urġenti.
Is-Sirja, meqruda mit-terremot u l-gwerra bi 15-il miljun ruħ f’diffikultà, diġà rċeviet għajnuna finanzjarja mill-Papa fil-passat grazzi għan-Nunzjatura Appostolika, li tgħin fil-koordinazzjoni tal-proċess bies tgħin lill-poplu.
“Aħna qed nibgħatu l-għajnuna permezz ta’ Turkish airlines,” spjega l-Kardinal Konrad Krajewski, l-inkarigat milli jqassam il-karità f’isem il-Papa. “Aħna nissorveljaw l-għoli tal-pallets u l-piż tagħhom. Dan l-isforz huwa possibbli grazzi għall-għajnuna tal-voluntiera”.
Eżatt wara t-terremot fi Frar, li laqat kważi żewġ miljun ruħ fit-Turkija, d-Dikasteru għas-Servizz tal-Karità kien bagħat mediċini iżda wkoll ikel fil-laned bħal ross u tonn, qomos temali, ħrieqi u ħafna materjal ieħor li jiflaħ għat-temp u anke għall-kesħa. F’dan l-istess ħin, il-Prefett tad-Dikasteru għal-Knejjes tal-Lvant, l-Arċisqof Claudion Gugerotti, beda l-missjoni tiegħu fis-Sirja u t-Turkija.
Il-Ħadd li għadda, l-parroċċi madwar l-Italja għamlu l-ewwel ġabra tagħhom ta’ offerti destinati għal dawk milquta mit-terremot fit-Turkija u s-Sirja, skont proġett implimentat mill-Konferenza Episkopali Taljana. L-ġbir ta’ fondi għandu l-għan li jkun “sinjal konkret ta’ solidarjetà bil-parteċipazzjoni ta’ dawk kollha li jemmnu biex jipprovdu għall-bżonnijiet materjali u spiritwali” tal-vittmi tat-terremot.
Għal aktar tagħrif idħol fuq is-sit: https://www.vaticannews.va/en/pope/news/2023-03/pope-sends-thousands-medicines-to-turkey-for-earthquake-victims.html