” Il-Papa fil-barka ‘Urbi et Orbi’ tal-Għid il-Kbir
“Christòs anesti! Il-Mulej qam tassew!” Il-Papa fil-barka ‘Urbi et Orbi’ tal-Għid il-Kbir jfakkar f’dak li tgħid il-Knisja Orjentali. Hu jgħid li dak “it-tassew” ifisser li “t-tama mhix illużjoni imma verita. Il-mixja tal-umanita’, mill-Għid ‘il quddiem, immarkata mit-tama, timxi b’mod iktar mgħaġġel.” Fil-Vanġeli din l-għaġla tidher fin-nisa u d-dixxipli x’ħin jiltaqgħu ma’ Ġesu rxoxt. Imma għala din l-għaġla? Għax mal-Għid l-umanita’ tara l-għan tal-mixja tagħha, u għalhekk hi msejħa biex tgħaġġel tiltaqa’ ma’ Ġesu, it-tama tad-dinja.
Il-Papa jsejħilna biex nikbru fil-fiduċja f’xulxin, u biex negħlbu l-firdiet ta’ bejnietna. Imma matul din il-mixja lejn l-irxoxt hemm ħafna affarijiet li jfixkluna. Il-Papa jitlob għall-diversi popli li bħalissa għaddejjin minn gwerra jew disgrazzji oħrajn. Il-Papa jispiċċa b’din it-talba ‘Nemmnu fik Mulej Ġesu’, nemmnu li permezz tiegħek it-tama terġa’ titwieled, il-mixja tkompli. Int Mulej tinkoraġġixxi il-mixjiet tagħna u tgħidilna bħad-dixxipli dak in nhar tal-Għid filgħaxija “Is-sliem għalikom!” (Ġw 20,19)’
(Papa Franġisku, Urbi et Orbi, 09/04/23)
Tista tara l-post fuq facebook hawnhekk: https://www.facebook.com/daniel.borg.75/posts/pfbid0Tor4Jf1uPU1FNHXBPK2CuyN2b65iTeHs6vBXH4JEYkCpM5akxXfXNgSZduCgZaiTl