Pubblikazzjoni ta’ Fr Renè Vella
“Qegħdin inxandru dak li aħna rajna u smajna, biex intom tissieħbu magħna” (1 Ġw 1:3). Huwa b’dan il-kliem li tiftaħ l-Ewwel Ittra ta’ San Ġwann, bil-proklamazzjoni ta’ xhieda ta’ min ra b’għajnejħ lil Ġesù u daq l-imħabba tiegħu. Jekk hawn xi ħadd li dan il-kliem joqgħod tajjeb għalih, bla dubju dan hu l-Papa Franġisku, li l-għaxar snin tal-Pontifikat tiegħu huma mmarkati bil-qawwa tal-Kelma ta’ Alla li tagħha huwa xhud bil-kliem u, iktar minn hekk,bl-għemil ta’ ħajtu.
Bil-pubblikazzjoni tal-ktieb B’Għajnejn Qalb Franġisku, Fr Renè Vella daħal għal impenn mhux żgħir biex b’mod sempliċi imma effikaċi jippreżenta paġna għal kull ġurnata tas-Sena Liturġika b’silta meħuda mill-Evanġelju tal-Quddiesa tal-jum, xi ħsieb tal-Papa, eżami ċkejken tal-kuxjenza u talba. L-erba’ volumi li fihom huma mqassma dawn l-għajnuniet għat-talb għandhom iservu ta’ “ħobż” għal min jixtieq ikompli jmantni l-mixja tiegħu wara Ġesù.
Silta mid-daħla tar-Rev Dr Martin Micallef …
