Frak tad-Deheb. Nru 7

Print Friendly, PDF & Email

Minn Edward Tagliaferro

Meta wieħed iħobb lil xi ħadd, kollox jidher ċar- fejn se tmur u x‘se tagħmel. Kollox jitqiegħed waħdu f’postu                                                                   Maxim Gorky

Issir qalbek tajba aktar ma tkun qalbek tajba ma’ ħaddieħor    Eric Hoffer

Aħjar tbati l-ħażin milli tagħmlu                                               Samuel Johnson

Nafu aktar dwar il-gwerra milli l-paċi; għarafna l-misteru tal-atomu u nsejna d-diskors ta’ Kristu fuq il-muntanja                                                  General Omar Bradley          

Il-qari għandu jifforma parti integrali fil-ħajja tat-tfal, għax b’hekk biss se jaslu biex jifhmu l-kunċetti dwar spazju u ħin ta’ dan l-univers              Clifton Fadiman

Il-mużika għandha l-qawwa li timmansa bhima l-aktar feroċi            Congreve

Il-gideb jagħmel problema parti mill-futur; il-verita’ tagħmel problema parti mill-passat                       Rick Pitino

It-tbatija hija kullimkien: taħsibx li mhux hekk.  Anki l-mirakli: taħsibx li ma jeżistux Anon

Tbissima tiswa ferm inqas mill-elettriku, u tarmi aktar dawl  u sħana    Proverbju Skoċċis

Parir huwa bħall-borra – iktar ma jinżel bil-mod, aktar jinżel fil-fond tal-moħħ                 Samuel Taylor Coleridge

Ikteb il-weġgħat fit-trab imma l-benefiċċji fl-irħam                   Benjamin Franklin

Ġesu’ Kristu huwa l-għana kollu tiegħi, huwa waħdu huwa biżżejjed għalija  San Alwiġi ta’ Toulouse

Xejn mhu aktar għażiż għal Alla u għall-bnedmin mill-manswetudni u l-umilta’                 Sant Antnin  ta’ Padova

Żomm il-biżgħat għalik, imma aqsam il-kuraġġ mal-oħrajn        Robert Louis Stevensom       

Hi l-preparazzjoni tajba li ġġiblek ix-xorti tajba (good luck)         Joe Poyer      

Ikun hemm żmien meta ma nistgħu nagħmlu xejn kontra l-inġustizzji; imma m’għandu jkun qatt li ma nipprotestawx                   Elie Wiesel  ( li rnexxielha tibqa’ ħajja wara l-olokawst)

L-immaġinazzjoni hi l-vera tapit maġiku                            Norman Vincent Peale

Marija hija l-iktar  triq sigura, ħafifa u l-iqsar li biha naslu għand Ġesu’. S. Luiġi de Montfort   Il-ferħ  jimxi  fuq saqajn  biżlin                                   Kitte Turmell  

L-aqwa mera hi l-għajn ta’ ħabib tal-qalb              Proverbju Irlandiż

Fittex dak li tħoss li għandek nieqes f’dak li ġa għandek         Enrique Solari

Fost l-aktar frażijiet importanti nsibu: Nammetti li ħadt żball,  Prosit għamilt biċċa xogħol tajba,   Int x’taħseb?  Jekk jogħġbok, Grazzi, Aħna.     U l-inqas importanti? Jien.

Il-problema tejoloġika llum hi kif se nagħmlu biex nisiltu r-reliġjon mill-bniedem mhux nippumpjawha fih                                Karl Rahner, S.J.

Il-qrar hu att ta’ onesta’ u kuraġġ – att li fih nafdaw lilna nfusna lil hinn mid-dnub, fil-Ħniena ta’ Alla li jħobb u jaħfer                  San Ġwann Pawlu II

Faċli tikkundanna xi ħaġa ħażina, imma mhux daqshekk faċli ssib dak li jista’ jikkoreġiha   Will Rogers

Dak li tifel ma jirċevix, diffiċli imbagħad jagħti minnu    P. D. James

It-talba tas-Sliema hija nida nieżla mis-sema li tagħmel li r-ruħ tagħti l-frott. Hija bewsa safja ta’ mħabba li aħna nagħtu lil Marija           San Lwiġi de Montfort

Ma  titgħallimx il-ħbiberija l-iskola.  Imma jekk tispiċċa l-iskola u ma tkun tgħallimt xejn fuqha, qisek ma tkun tgħallimt xejn                                Muhammed Ali

Nisrani bla mħabba qisu labra bla ħajta – inigges u jtaqqab bla ma jħit

Soċjeta’ se niġġudikawha b’kemm ħarset il-membri l-aktar dgħajfin, fosthom dawk li għadhom ma tweldux u dawk li waslu biex imutu           San Ġwanni Pawlu II

Ħobb lil Marija u hija takkwistalek grazzji bla għadd biex tgħinek tirbaħ it-taqbid ta’ kuljum                  San Jose’ Maria Escriva’

Tibżax minn għada għax Alla ġa qiegħed hemm jistenniek

It-tjubija hija l-unika investiment li ma jfalli qatt              Henry David Thoreau

Ir-rabja hi kastig li tagħti lilek innifsek għall-iżbalji ta’ xi ħaddieħor          Anon

Il-liberta’ mhi xejn ħlief ċans biex tkun aħjar         Ray Everson

Jekk titgħallem xi ħaġa sewwa ħafna għallimha lill-oħrajn     Tyron Edwards

Min jagħlaq widnejh għall-għajta tal-fqir, ħadd ma jisimgħu meta jgħajjat hu   Prov. 21:13

Għall-bniedem qalbieni, xorti tajba u xorti ħażina huma bħal idejh tal-lemin u tax-xellug – juża t-tnejn li huma     S. Katerina ta’ Siena

Tirrabjax għax ma tistax tagħmel xi ħadd kif tixtieq int, meta l-anqas int ma tista’ tagħmel lilek innifsek kif tixtieq int      Thomas a’ Kempis 

Bkejt għax ma kellix żarbun, imma mbagħad waqaft nibki meta rajt raġel bla saqajn.  Minn dakinhar ‘il quddiem, bqajt dejjem ngħodd il-barkiet li għandi    William Shakespeare

L-unika ħaġa neċessarja biex isaltan il-ħażen hu li nies tajba ma jagħmlu xejn   Edmund Burke 

Ġesu’ jurina l-wiċċ veru t’Alla, li għalih, il-poter ma jifissirx qerda imma mħabba, u l-ġustizzja ma tfissirx tpattija imma maħfra.                 Papa Franġisku.

Il-ħajja hija għal ġenerazzjoni waħda, imma isem tajjeb u għal dejjem      Qawl Ġappuniż

It-tjubija hija l-unika investiment li ma jfallix                   Henry David Thoreau

%d bloggers like this: