It-twelid tat-tfal, hu l-fattur ewlieni li jkejjel it-tamiet ta’ poplu.

Print Friendly, PDF & Email

Il-Papa Franġisku dwar it-twelid …

Jekk jitwieldu ftit ikun ifisser li ftit hemm tama.  U dan m’għandux konsegwenzi biss mill-aspett ekonomiku u soċjali, imma jdgħajjef it-tama fil-ġejjieni. 

… Ara d-diskors kollu tal-Papa Franġisku …

Sfortunatament dan jikkundizzjona l-mentalità tal-ġenerazzjonijiet żgħażagħ, li jikbru fl-inċertezza, jekk mhux ukoll fid-diżillużjoni jew il-biża’.  Qed jgħixu fi klima soċjali li fiha li tkabbar familja sar sforz titaniku, minflok valur li kulħadd għandu jagħraf u jsostni u jkun sehem minnu.

… Ara d-diskors kollu tal-Papa Franġisku …

Forsi bejn gwerer, pandemiji, ċaqliq tal-mases u kriżijiet tal-klima, qatt daqs illum il-ġejjieni ma kien jidher daqstant inċert.  Ħbieb, huwa inċert; mhux biss jidher, huwa inċert.  Kollox għaddej riħ u madankollu ċ-ċertezzi miksuba jtiru mar-riħ.  Infatti l-għaġla li mdawrin biha żżid il-fraġilità li nġorru ġewwa fina.  U f’dal-kuntest ta’ inċertezza u fraġilità, il-ġenerazzjonijiet iż-żgħażagħ iġarrbu aktar minn kulħadd is-sensazzjoni tal-prekarjetà, u minħabba f’hekk għada jidher muntanja impossibbli tixxabbat magħha.

… Ara d-diskors kollu tal-Papa Franġisku …

%d bloggers like this: