Dawn ta’ hawn taħt huma s-suġġetti li l-kontributuri ta’ din il-ħarġa ta’ Knisja 2000, jitrattaw. Kif jgħid Fr Ray Gatt op fl-editorjal tiegħu, it-Teologi Kattoliċi li dwarhom qed jiktbu, kienu persuni kapaċi jaqraw is-sinjali taż-żminijiet u rrikorrew għall-għejjun antiki u medjevali tat-Tradizzjoni Kattolika biex isawru fidi u teoloġija kattolika awtentika għaż-żminijiet moderni.
Kif dejjem ġara f’edizjonijiet passati ta’ Knisja 2000, il-kontributuri ta’ dawn l-artikli wkoll huma kollha persuni ta’ fama u speċjalizati fl-oqsma rispettivi li jiktbuti dwarhom.

Is-suġġetti trattati f’din il-pubblikazzjoni huma …
It-teoloġija u xi teoloġi kbar ta’ nofs is-seklu 20.
Romano Guardini u r-rabta bejn Alla u l-bniedem.
Pierre Theilhard de Chardin SJ and his Spirituality.
Henri de Lubac SJ u l-impenn tiegħu fil-Knisja.
Yves Congar OP: Ispirazzjoni għat-tiġdid tal-Knisja.
Karl Rahner SJ: Kontribut enormi u kwalifikat lit-Teoloġija tas-Seklu.
Hans Urs von Balthasar u l-kobor tal-imħabba ta’ Alla.
Edward Schillebeeckx OP u t-tfittxija tal-preżenza t’Alla fid-dinja.
Themes in the Fundamental Theology of Joseph Ratzinger/Benedict XVI.
Lejn ħelsien sħiħ: it-teoloġija ta’ Gustavo Gutierrez OP
Tista’ taqra din il-ħarġa ta’ Knisja 2000 minn hawn … https://laikosblog.org/wp-content/uploads/2023/08/Knisja-2000-nru.145.pdf